San Ġużepp ikona tal-Providenza ta’ Alla

Kitba ta’ Angelo Xuereb – Ix-xogħol ta’ San Ġużepp fuq kien l-art kien li jieħu ħsieb il-familja ta’ Nazaret. Għalhekk b’xi mod huwa xbieha ta’ Alla li jieħu ħsiebna.

Ġużeppi ħa ħsieb il-familja ta’  Nazaret

San Ġużepp kien dispost biex jagħmel ir-rieda ta’ Alla u ħa ħsieb il-familja ta’ Nazaret bl-akbar kura. Kien jagħmel ix-xogħol ta’ kuljum fil-ħanut tiegħu ta’ mastrudaxxa biex b’hekk bih jgħajjex il-familja. Mhux hekk biss iżda kellu jaddatta ruħu kull meta kien iqum il-bżonn. Continue reading “San Ġużepp ikona tal-Providenza ta’ Alla”

Il-Bolla tal-ħatra ta’ Mons. Alfred Xuereb bħala Nunzju u Arċisqof

Il-Ġimgħa 16 ta’ Marzu 2018:  Wara li fis-26 ta’ Frar li għadda, f’dan is-sit konna diġà ppublikajna t-test bil-Malti tal-bolla pontifiċja li biha l-Q.T. il-Papa Franġisku ħatar lil Monsinjur Alfred Xuereb Arċisqof u Nunzju Appostoliku, issa qed nippublikaw ukoll il-verżjonijiet uffiċjali tat-test kemm bil-Latin u kemm bil-Malti.  Monsinjur Xuereb ser jasal fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta nhar it-Tlieta, 26 ta’ Marzu fil-11.15pm, minn fejn wara f’nofsinhar jagħti konfrenza stampa.

Ara test tal-bolla tal-ħatra bil-Latin u bil-Malti … Bolla Ħatra ta’ Mons. Alfred Xuereb

Timbru postali kommemorattiv fl-okkażjoni tal-Konsagrazzjoni episkopali ta’ Mons. Alfred Xuereb

It-Timbru Kommemorattiv tal-Maltapost - 17.03.2018Il-Ġimgħa16 ta’ Marzu 2018: Għada s-Sibt, il-Maltapost plc sa toħroġ Timbru kommemorattiv fl-okkażjoni tal-Konsagrazzjoni episkopali ta’ Mons. Alfred Xuereb, li jista’ jinkiseb mill-Fergħa Postali fil-Belt Victoria, jew anki fuq Kartolina kommemorattiva ppubblikata mis-Soċjetà Filatelika Għawdxija bil-kollaborazzjoni tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ. Għal aktar tagħrif għandu jsir kuntatt mas-Sur Anthony Grech fuq l-email linton3@maltanet.net.

Żjara f’Għawdex ta’ Mons. Alfred Xuereb, Nunzju Appostoliku fil-Korea ta’ Isfel u l-Mongolja

l-arc48bisqof-mons-alfred-xuereb-2.jpegIl-Ġimgħa 16 ta’ Marzu 2018:  L-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja tal-Isqof f’Għawdex għadu kif ippublika il-programm taż-żjara f’Għawdex li ser jagħmel l-E.T. Monsinjur Alfred Xuereb, Numzju Appostoliku fil-Korea ta’ Isfel u l-Mongolja. Monsinjur Xuereb ser ikun ordnat Isqof mill-Papa Franġisku nnifsu nhar it-Tnejn 19 ta’ Marzu.  L-ordinazzjoni li ser issir fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan u ser tkun trasmessa diretta fuq din il-paġna tal-Laikos … http://www.laikos.org/tvl-vat.php

Ara aktar dettalji tal-programm … Programm tal-Ordinazzjoni ta’ Mons. Alfred Xuereb

Abort?

Il-Ġimgħa 16 ta’ Marzu 2018 12:12: Sa issa mill-istħarrig mill-ġazzetta online Illum, dwar jekk l-abort għandux isir aċċessibbli għal dawk in-nisa li jixtiequ jagħmluh: Wieġbu le, u fl-ebda każ 80%. Wieġbu iva f’każi ta’ inċest jew stupru biss 10%. Wieġbu iva għax dritt tal-mara fuq ġisimha 9%. Ma nafx 1%.

Tajjeb mela 10% fil-mija jaqblu li jekk raġel jiżbalja u jistupra mara, il-kastig huwa l-piena kapitali lit-tarbija. Imbagħad 9% oħra jqisu lit-tarbija fil-ġuf daqs li kieku kienet xi felula fuq ġisem il-mara jew xi kankru li trid tara x’tagħmel biex teħles minnu. Dwar l-aħħar 1%, min jaf kienux iwieġbu, “ma nafx” kieku staqsewhom jekk l-istat għandux jippermetti lil min jidħol jisraqhom ġo darhom stess

Naraw kif jiżviluppaw il-figuri …