Rapport mill-Vatikan dwar il-Pre-Sinodu taż-Żgħażagħ

Mill-Vatikan kitbilna Benjamin Flores Martin, Delegat tal-Arċisqof għaż-Żgħazagħ

It-Tlieta 20 ta’ Marzu 2018: Din is-sena Papa Franġisku ħabbar li is-sinodu tal-Isqifijiet li ser issir f’Ottubru li ġej ser ikun bit-tema: ‘Iż-Żgħażagħ, il-fidi u d-dixxerniment vokazjonali’. Huwa xtaq li jpoġġi ż-żgħażagħ fiċ-ċentru tad-diskussjonijiet tal-Knisja u b’hekk talab rappreżentanti żgħażagħ mill-pajjiżi kollha tad-dinja u minn reliġjonijiet differenti biex niltaqgħu Ruma għall-Pre-Sinodu. Continue reading “Rapport mill-Vatikan dwar il-Pre-Sinodu taż-Żgħażagħ”

“ĠESU’ MHUX BIŻŻEJJED? GĦALFEJN MARIJA?” (4)

Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

Il- Ħarba fl-Eġittu: Mt 2,1- 23.

• Hawnhekk jissemgħu il-‘maġi mil-Lvant’ li x’aktarx kienu nies għorrief u fl-okkult (minn fejn ġejja l-kelma ingliża: ‘magician’). Ma kenitx xi riċerka umana biss, iżda intervent divin: “rajna l-kewkba tiegħu tielgħa, u ġejna nqimuħ” lill-“Messija”. Wara r-ragħajja u l-poplu lhudi permezz tat-Tempju, Ġesu’ issa wera lilu nnifsu wkoll lill-ġnus. Continue reading ““ĠESU’ MHUX BIŻŻEJJED? GĦALFEJN MARIJA?” (4)”

Inħarsu lejn Kristu Kurċifiss biex ngħelbu d-deżerti li hemm ġo fina

It-Tlieta 20 ta’ Marzu, 2018. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Inħarsu lejn il-Kurċifiss fil-waqtiet ibsin, meta qalbna tkun tqila u l-vjaġġ tal-ħajja jibda jgħejjina. Il-Papa Franġisku għamel din l-istedina llum, fl-omelija li għamel waqt il-quddiesa fil-kappella tad-Dar Santa Marta.

Continue reading “Inħarsu lejn Kristu Kurċifiss biex ngħelbu d-deżerti li hemm ġo fina”

Lectio Divina għal Ħadd il-Palm

Vanġelu: (Mk. 14. 1-15, 47): S. Mark kiteb ir-rakkont tal-Passjoni ftit snin biss wara l-Qawmien ta’ Ġesu.  Dan nafuh għax qatt ma jsemmi l-qassis il-kbir b’ismu (Kajfa) għax kien għadu ħaj (miet fis-sena 36 AD). Mark għamel hekk għax ried li l-ewwel Insara mill-ewwel iżommu quddiemhom il-Wiċċ veru t’Alla li tant ħabbna li offra lil Ibnu l-Waħdieni b’sagrifiċċju. Aħna llum mistednin nisimgħu b’attenzjoni dan it-test tant għażiż għall-Knisja qisna għadna kif nitgħammdu. Continue reading “Lectio Divina għal Ħadd il-Palm”