Matul l-ewwel tlett ijiem tal-gimgħa d-dieħla, mit-Tnejn 26 ta’ Marzu sal-Erbgħa 28 ta’ Marzu, Dun Anton Teuma ser ikun qed imexxi Lectio Divina fuq il-passjoni skont San Mark. Dawn il-laqgħat huma okkażjoni sabiħa biex nippreparaw għall-jiem imqaddsa tal-Għid. Jistgħu jkunu ta’ għajnuna wkoll għal min ma kellux il-possibilità li jattendi ghall-eżerċizzi fil-parroċċa. Il-laqgħat jibdew fit-8pm fil-Kappella tal-Istitut tal-Familja, Victoria, Għawdex. Ara aktar dettalji … Continue reading “Lectio Divina fuq il-Passjoni skont San Mark”