Home > L-Isqof ta' Għawdex Mario Grech 2018 > Ma naħslux idejna bħal Pilatu

Ma naħslux idejna bħal Pilatu


Il-Ġimgħa 23 ta’ Mazu, 2018. Omelija tal-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech, fil-Festa devozzjonali tad-Duluri. Kwartieri tal-Pulizija, il-Belt Victoria.

MA NAĦSLUX IDEJNA BĦAL PILATU

IMG_1114L-Addolorata hija mara wieqfa ħdejn bniedem li d-drittijiet tiegħu sfaw mirfusa sew! Id-Duluri hija wieqfa ħdejn Binha li sofra inġustizzji kbar. Huwa sab ruħu vittma ta’ sfruttament kemm min-naħa tal-poplu u kemm minn min kien fis-setgħa. Ġesù bata minn inġustizzja istituzzjonalizzata.

Anki aħna, individwalment, nistgħu nsibu ruħna f’qagħda fejn id-dinjità u d-drittijiet tagħna ma jkunux irrispettati jew rikonoxxuti. Mhux l-ewwel darba li naqilgħu fuq wiċċna wkoll meta nagħmlu dmirijietna. Ħafna drabi, f’waqtiet bħal dawn, wieħed isib ruħu waħdu, abbandunat minn kulħadd, u jħoss id-dinja nieżla fuqu. Imma taqtax qalbek. Dik il-mara li waqfet ma’ Kristu, tieqaf ma’ kull bniedem. Marija hija Omm ta’ kull bniedem, anki jekk dan jiswielha d-dulur. Hi mhix Omm it-tajbin biss, imma Omm ta’ kulħadd. Id-Duluri tagħmlilna l-qalb.

Imma llum qed nitkellem magħkom bħala membri tal-forza tal-ordni fis-soċjetà. Jien napprezza ħafna l-preżenza u l-ħidma tagħkom. Nixtieq nagħmlilkom kuraġġ biex bil-mandat li għandkom intom tibqgħu tkunu preżenza fis-soċjetà biex bl-intervent tempestiv tagħkom kemm jista’ jkun ma jkunx hawn nies li jsibu ruħhom imsallba. Għaliex anki llum għad hawn min isallab lil ħaddieħor. Xi drabi tgħajjat għall-għajnuna u mhux lakemm issib min jgħinek. Allaħares ma hawnx intom il-pulizija li, f’ċerti ċirkustanzi, min ikun qed jegħreq jiggranfa magħkom. Għalhekk nirrakkomandalkom biex ma tagħmlux bħal Pilatu li ħasel idejh minn Kristu. Ġesù jinsab fuq is-salib għax Pilatu ħasel idejh u ħallieh waħdu!

Huwa minnu li quddiem ċerti sitwazzjonijiet wegħrin inkunu ttentati li naħslu jdejna biex ma nċappsuhomx bil-ħmieġ jew bid-demm ta’ ħaddieħor. Imma jekk naqgħu għal tentazzjoni bħal din, il-ħmieġ ikompli jikber u d-demm ikompli jixtered. Għalhekk inħeġġiġkom biex tagħmlu kuraġġ: agħtu appoġġ lil xulxin u komplu għassu biex ma jkunx hawn kruċifissjoni.

Għalina intom preżenza li sserħilna moħħna li mhux ser ikollna aktar tislib tan-nies. Darba fl-Italja kien hemm maġistrat u waqt il-proċess fil-qorti, filwaqt li b’sebgħu indika l-Kurċifiss li kien hemm fl-awla, stqarr: “Irrid noqgħod attent biex ma nagħmilx miscarriage tal-ġustizzja kif ġralu dak li hemm fuq is-salib”.

Filwaqt li nirringrazzjakom għas-servizz li tagħtuna f’dawn il-festi, nitlob għalikom biex bl-interċessjoni tad-Duluri, Alla jkompli jmexxikom – “Domine dirige vos”.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: