L-Evanġelju tat-Tnejn 26 ta’ Marzu 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 12, 1-11

Ġesù jqatta l-aħħar jiem tiegħu qabel ma jbati u jmut għand il-ħbieb għeżież tiegħu, Marta, Marija u Lazzru li kien għadu kif tqajjem mill-mewt. Għamlulu ikla u Marta, li donnha ma kkonvertitx għal kollox, u m’n Alla, bdiet isservihom. Kien mument ta’ ntimità bejn il-ħbieb tal-qalb u f’dan il-mument, Marija f’ġest profetiku li kien iħabbar dak li kellu jseħħ fi ftit jiem, ħadet libbra żejt tan-nard u dilktu ma riġlejn Ġesù. Dan jidher li irrabja lil Ġuda. L-Evanġelista qiegħed bil-mod il-mod jintruduċilan l-karattru ta’ Ġuda u jgħħajru ħalliel għax kien jisraq kulma kienu jaqilgħu. Ġwanni jrid juri lil Ġuda maħkum mill-kilba għall-flus u mill-abbuż li diġa kien qed iwettaq mill-ġid komuni ta’ Ġesù u d-dixxipli sħabu. Continue reading “L-Evanġelju tat-Tnejn 26 ta’ Marzu 2018”

“SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?”: IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (4)

Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

L-ideja ta’ ‘mħabba’ fiż-żwieġ: Kultant tkun dominazzjoni minn parti lejn l-oħra, li kultant twassal għall-vjolenza, fiżika jew emozzjonali, li ħafna drabi tkun il-mara l-vittma tal-abbuż. Continue reading ““SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?”: IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (4)”