Festa tal-Lunzjata fil-Knisja ta’ Wied il-Lunzjata

Print Friendly, PDF & Email

Programm tal-Festa tal-Vergni Marija Annunzjata fil-Knisja ta’ Wied il-Lunzjata Victoria – Għawdex.  Mill-Ħadd 1 sat-Tnejn 9 t’April 2018.  Ara d-dettalji … 

 Il-Ħadd 1 ta’April : Bidu tat-Tħejjija ghall-Festa

Fil-5.10pm: Rużarju.

Fil-5.30pm: Quddiesa Komunitarja  bl-omelija minn Mons. Rettur Carmelo Borg, Kurunella tal-Beata Marija Annunzjata u Barka Sagramentali

 

It-Tnejn 2 ta’April : Jum ta’ Talb ghall-Familji ta’ Pajjiżna

Fil-5.10pm : Rużarju tal-Familja b’meditazzjonijiet tal-Isqof Nikol Ġ. Cauchi.

Fil-5.30pm : Quddiesa bil-kant, Kurunella, u Barka Ewkaristika.

 

It-Tlieta 3 ta’April : Jum l-Anzjani  u l-Morda

Fil-5.10pm :Rużarju li jitmexxa minn ħames anzjani li jattendu regolarment għall-quddiesa  fil-Lunzjata. Nitolbu għall-anzjani u l-morda kollha li hemm fi djarhom u fl-isptarijiet.

Fil-5.30pm: Quddiesa bil-kant, Kurunella, u Barka Ewkaristika.

 

L-Erbgħa 4 ta’April : Jum ta’ Apprezzament lill-Voluntiera

Fil-5.10pm: Rużarju. Noffru r-Ruzarju ghal dawk  kollha  li matul is-sena joffru xi ftit mill-ħin tagħhom għall-qadi tal-Kappella tal-Lunzjata.

Fil-5.30pm : Quddiesa bil-kant, Kurunella, u Barka Ewkaristika.

.

Il-Ħamis 5 ta’ April : Jum il-Bdiewa ta’ Wied il-Lunzjata

Fil-5.10pm : Rużarju.

Fil-5.30pm : Mons. Carmelo Borg imexxi quddiesa li fi tmiemha ssir Ċelebrazzjoni tal-Kelma li tinkludi t-Tberik Ritwali tal-Bdiewa u tal-uċuħ tar-raba’ f’Wied il-Lunzjata. Isir ukoll talb għall-bdiewa mejtin li fl-imgħoddi kienu jaħdmu dawn l-għelieqi. Mistiedna speċjali l-bdiewa tal-Lunzjata u l-qraba tal-bdiewa mejtin. Wara, Kurunella u Barka Ewkaristika. Janima din iċ-ċelebrazzjoni l-Grupp tal-Kitarri  tal-Parroċċa ta’ Kerċem li jkun immexxi minn Emma Micallef.

 

Il-Ġimgħa 6 ta’ April :  Jum it-Tfal

Fid-9.15am : Quddiesa  bl-omelija minn Mons. Carmelo Borg għat-tfal tal-Iskola PeterPaul Grech ta’ Kerċem li fiha jsir it-Tberik Ritwali tat-Tfal.   Issir ukoll il-Preżentazzjoni tat-Tfal tal-Preċett lill-Verġni Marija Annunzjata. It-tfal huma mħeġġa joffru xema’ ħamra lill-Madonna biex tinxteghel f’Jum il-Festa.

Fil-5.10pm: Rużarju.

Fil-5.30pm: Quddiesa bl-omelija dwar il-Verġni Marija Annunzjata minn Mons. Ġużeppi Bezzina. Wara, Kurunella u Barka Ewkaristika.

.

Is-Sibt 7 ta’ April:  Jum il-Benefatturi

Fil-5.10pm: Rużarju u talb għall-benefatturi tal-Kappella.

Fil-5.30pm: Quddiesa bl-omelija dwar il-Verġni Marija Annunzjata minn Dun Jeoffrey G. Attard. Wara Kurunella u Barka Ewkaristika.

 

Il-Hadd 8 t’April:Lejlet il-Festa. Jum il-Ħniena Divina

 

Mill-4.30pm sal-5.30pm : Adorazzjoni tal-Ħniena Divina li titmexxa minn Sylvia Sultana. Id-devoti tal-Ħniena Divina mistiedna jieħdu sehem f’din l-Adorazzjoni Solenni.

Fil-5.30pm: Translazzjoni tar-Relikwa tal-Madonna, Quddiesa Konċelebrata bl-omelija li titmexxa mill-Vigarju Ġenerali Mons. Tarcisio Camilleri, Antifona, Kurunella, u Barka Ewkaristika.

 

It-Tnejn 9 ta’ April: Jum il-Festa. Jum il-Ħajja

 

Ħinijiet tal-Quddies : 6.00am; 7.30am; 8.30 am; 9.30am; 10.30am; 11.30am; f’Nofsinhar;  3.30pm; 4.30pm; 5.30pm; 6.30pm.

 

Fis-6.00am: Quddiesa bis-sehem tas-Sorijiet Karmelitani immexxija mill-Kappillan tagħhom Mons. Carmelo Borg

Fis-6.30am: Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum u talb għall-Vokazzjonijiet li jitmexxa mis-Sorijiet Karmelitani.

Fit-8.30am: Pellegrinaġġ mill-Parroċċa ta’ Għajnsielem li jitmexxa mill-Arċipriet Kan. Frankie Bajada.

Fid-9.30am: Quddiesa bl-omelija minn Mons. Franġisk Debrincat li fi tmiemha ssir il-preżentazzjoni lill-Madonna ta’ grupp ta’ tfal mill-Iskola Santa Tereża  ta’ Kercem.

Fl-10.30am: Pellegrinaġġ mill-Parroċċa taż-Żebbuġ immexxi mill-Arċipriet Kan. Dun Rueben Micallef.

Fil-11.30am: Pellegrinaġġ mill-Parroċċa tal-Gharb immexxi mill-Arċipriet Mons. Trevor Sultana

F’Nofsinhar : Quddiesa mill-Kapillan ta’ Kerċem il-Kan. Dun Brian Mejlak

Mis-12.45 – 3.30pm: Adorazzjoni Solenni fis-skiet.

Fit-3.30pm: Pellegrinaġġ mill-Parroċċa tax-Xaghra immexxi mill-Arċipriet Mons. Carmelo Refalo.

Fl-4.30pm: Pellegrinaġġ mill-Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb ((Victoria) li jitmexxa mir-Rettur il-Kan. Dun Eddie Zammit.

Fil-5.30pm: Pellegrinaġġ mill-komunità ta’ Santa Luċija immexxi mir-Rettur Mons. Pawlu Cardona.

Fil-6.30pm: Quddiesa Pontifikali bl-omelija dwar il-Verġni Marija Annunzjata mill-Eċċellenza Tieghu Mons. Mario Grech Isqof ta’ Għawdex.

Wara, Antifona, Supplika favur il-Ħajja lil Marija Annunzjata, u Barka Ewkaristika. Mistiedna speċjali dawk in-nisa li jixtiequ li jkollhom jew  li qed jistennew tarbija.

 

Fil-ġranet tat-Tridu u tal-Festa il-mużika tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Carmel P. Grech. Jieħu sehem il-Kor “Stella Maris”.

 

 

OPRI ĠODDA

  • Pissidi biex jintuża fil-ġranet tal-festa
  • Tkomplija tal-għamara kollha tas-sgaristija
  • Terħa rrakkmata għat-Turris Eucaristica

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading