L-Arċisqof iżur pruġunieri żgħażagħ

Print Friendly, PDF & Email

L-Erbgħa 28 ta’ Marzu 2018: Matul ir-Randan, l-Arċisqof Charles J. Scicluna għamel żjara lill-priġunieri żgħażagħ fil-Faċilità Korrettiva tal-CoRRS (Centre of Residential Restorative Services), fl-Imtaħleb. Din iż-żjara saret bħala parti mil-laqgħat li l-Arċisqof qed jagħmel ma’ żgħażagħ minn realtajiet differenti, bi tħejjija għas‑Sinodu tal‑Isqfijiet dwar iż‑żgħażagħ imsejjaħ mill‑Papa Frangisku. Is-Sinodu ser isir f’Ottubru li gej fil‑Vatikan.

Matul iż-żjara tiegħu fil-CoRRS, l-Arċisqof kellu wkoll djalogu mar-residenti żgħażagħ, tfajliet u ġuvintur, u baqa’ magħhom għall-ikel. L-Arċisqof kien akkumpanjat minn Mariella Camilleri, Assistent Direttur tad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi.

Fi tmiem iż-żjara l-Arċisqof Scicluna rringrazzja lill-awtoritajiet tal-Istat u lill-istaff tal-CoRRS talli quddiem sitwazzjonijiet diffiċli li jaffaċċjaw iż-żgħażagħ f’ħajjithom, joħolqu ambjent li joffri tama għall-futur tagħhom.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading