Archive

Archive for April, 2018

Niftħu għajnejna mill-kurżitajiet li ttina d-dinja virtwali

April 30, 2018 Leave a comment

It-Tnejn 30 ta’ April, 2018. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Jeħtiġilna niddixxernu sewwa bejn il-kurżitajiet “tajbin” u dawk “ħżiena” filwaqt li niftħu qlubna għall-Ispirtu s-Santu li jtina ċ-ċertezza. Il-Papa Franġisku għamel dawn iż-żewġ eżortazzjonijiet waqt il-quddiesa li ċċelebra fil-kappella tad-Dar Santa Marta. Huwa kien qed jagħmel riflessjoni dwar il-Vanġelu tal-ġurnata meħud minn San Ġwannm kapitlu 14, versi 21-26.

Read more…

San Ġużepp Ħaddiem

April 30, 2018 Leave a comment

Kitba ta’ Angelo Xuereb: Il-Knisja fl-ewwel ta’ Mejju tiċċelebra l-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem. Għalhekk ser nitkellmu fuq il-valur tax-xogħol.

San Ġużepp għadda ħajtu jaħdem bħala mastrudaxxa. Min dan ix-xogħol kien jaqla’ l-għejxien ta’ kuljum għall-Verġni Marija u għal Ġesù. U proprju laħaq qdusija mill-aktar kbira billi tħarreġ fix-xogħol ta’ kuljum, b’sens ta’ dover, paċenzja u rassenjazzjoni mat-tbatijiet li jġib miegħu. Ħadem fis-skiet u fil-moħbi. Għall-għajnejn in-nies ma kien qiegħed jagħmel xejn straordinarju. Read more…

Categories: Minn Angelo Xuereb

L-Evanġelju tat-Tnejn 30 ta’ April 2018

April 30, 2018 Leave a comment

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 14, 21-26

Ir-raba’ appostlu li jikkonfronta lil Ġesù u bit-tweġiba għall-mistoqsija tiegħu Ġesù jkompli jemfasizza li hu u l-Missier huma ħaġa waħda u magħhom l-Ispirtu s-Santu jgħallem kollox u jfakkar kollox li dawk li jħarsu l-kmandamenti tiegħu għax iħobbuh.
Read more…

“Il-bieb tal-qalb ta’ Ġesù huwa bieb speċjali għax ma jissakkarx, dejjem imbexxaq” – L-Arċisqof

Il-Ħadd, 29 ta’ April 2018: L-Arċisqof iċċelebra Quddiesa bħala parti mill-Viżta Pastorali f’Ħ’Attard. Read more…

Kun int li mhux biss tieħu ħsieb is-sbuħija ta’ dan it-tempju maestuż imma wkoll tibni t-tempju li huwa l-komunità

Il-Ħadd, 29 ta’ April 2018: Quddiesa tal-pussess ta’ Dun Karm Busuttil bħala l-Arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa ta’ San Lawrenz, il-Birgu. Read more…

L-Evanġelju tal-Ħadd 29 ta’ April 2018

April 29, 2018 Leave a comment

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 15, 1-8

F’dan id-diskors twil li jibda minn Kapitlu 13 u jintemm f’Kapitlu 17 tal-Evanġelju tiegħu Ġesùjiftaħ qalbu mad-dixxipli tiegħu u jiftaħ qalbu ma’ Alla quddiemhom f’ħin tassew delikat u prezzjuż, mimli emozzjonijiet ta’ qabel it-tluq u l-firda li jġib miegħu.
Read more…

L-Isqof Mario Grech fl-okkażjoni tal-Ewwel Quddiesa Solenni ta’ Dun Giovann Tabone mssp

Is-Sibt, 28 ta’ April 2018: Omelija tal-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, fl-okkażjoni tal-Ewwel Quddiesa Solenni ta’ Dun Giovann Tabone mssp fil-Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur. Bil-kortesija ta’ Radju Luminaria. Read more…