Archbishop Emeritus Paul Cremona OP

“SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?”: IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (11)

Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

KONSAGRAZZJONI TAL-FAMILJA LIL ALLA L-MISSIER PERMEZZ TA’ MARIJA.

(adattata minn talba   miktuba għall-Festa Familja, Mejju 2011)

Sidtna Marija: inti ġejt mogħtija lilna fuq is-Salib ta’ Ġesu’ bħala l-Omm tagħna lkoll. Nitolbuk li twassal quddiem Alla l-Missier din il-Konsagrazzjoni tagħna. Continue reading

Lectio Divina

Lectio Divina tat-2 Ħadd tal-Għid Sena A/B

Vanġelu (Ġw. 20. 19-31): Fil-Vanġelu tal-lum naqraw meta Ġesu deher lill-Appostli: l-ewwel, dak in-nhar li rxoxta filgħaxija, u t-tieni, ġimgħa wara.  Fl-ewwel laqgħa għandna l-Appostli barra Tumas, magħluqin fiċ-ċenaklu, imbeżżgħin għax barra hemm il-Lhud li ma riedu jafu xejn fuq Ġesu, u mhux għax kienu se jagħmlu għalihom.  F’dil-fażi l-Appostli qed jirrapreżentaw xi membri tal-Knisja li, quddiem tant paganiżmu u nuqqas ta’ twemmin li hemm fid-dinja, jingħalqu fihom infushom.  Fil-fatt, ħafna mill-pagani għandhom l-għatx għall-Kelma t’Alla u qed jistennewha bil-ħerqa.  Imma l-Appostli jibqgħu maqfulin għax għadhom ma ltaqgħux ma’ Kristu rxoxt.  Continue reading

Aħbarijiet

Dun Christopher Ellul Arċipriet ta’ Ħal Tarxien.

L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Christopher Ellul bħala Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien.

Dun Christopher Ellul twieled fl-14 ta’ Ġunju 1988. Irċieva l-edukazzjoni primarja tiegħu fl-iskola Ġużeppi Agius, Raħal Ġdid, l-edukazzjoni sekondarja tiegħu fl-iskola St Michael, Santa Venera u l-edukazzjoni post-sekondarja fil-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela, l-Imsida. Kompla l-istudji terzjarji fil-Fakultà tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta fejn kiseb ukoll il-liċenzjat fit-Teoloġija. Ġie ordnat saċerdot fit-3 ta’ Lulju 2015. Continue reading