Favur Ambjent b’Saħħtu f’Ta’ Pinu

Print Friendly, PDF & Email

L-Azzjoni Kattolika se tiftaħ il-Kampanja annwali favur Ambjent Moralment Nadif u b’Saħħtu b’Quddiesa mill-Isqof Mario Grech fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu nhar l-Erbgħa 25 t’April fis-6.30pm.

Qabel, fil-5.30, tibda il-Mixja tal-Pellegrin bit-Talb tar-Rużarju u waqfiet ta’ riflessjoni mal-ħames niċeċ (rispettivament, Marija Għajnuna tal-Insara, Kenn tal-Midinbin, Saħħa tal-Morda, Sultana tal-Familja u Sultana tal-Paċi). Se jittieħdu spunti anki mill-ħajja ta’ Santa Gianna Beretta Molla li għandha t-tifkira liturġika fit-28 t’April.

Jekk it-temp ma jippermettix, u għal min ma jiflaħx jagħmel il-mixja, kollox isir fil-Bażilika.

Ninġabru nitolbu ma’ xulxin!

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Leave a Reply