5 Kungress tax-Xirka tal-Isem Imqaddes ta’ Alla – Fontana, Għawdex

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ħadd 15 ta’ April 2018. 55 Kungress tax-Xirka tal-Isem Imqaddes ta’ Alla, miżmuma fis-Santwarju parrokkjali tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Fontana.


Il-55 Kungress tax-Xirka tal-Isem Imqaddes ta’ Alla wasal fil-qofol tiegħu llum fis-Santwarju Parrokkjali tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Fontana, fejn inżamm korteo minn fuq it-Tomba bl-istatwa tar-Ragħaj it-Tajjeb u wara kompliet iċ-ċelebrazzjoni fil-knisja. Mons. Tarċis Camilleri, Vigarju Ġenerali, f’messaġġ tal-okkażjoni ħeġġeġ biex naħdmu għal “kultura ta’ ndafa spiritwali u tifħir lil Alla”.

Ħa sehem il-Chorus Urbanus taħt id-direzzjoni ta’ Dr John Galea. Fl-aħħar, is-Sur Ġużeppi Refalo, President tal-Kumitat Djoċesan tax-Xirka, ħabbar li s-sena d-dieħla l-Kungress mistenni jinżamm fil-Belt Victoria. Ikun imfaħħar l-Isem ta’ Alla!

 

Leave a Reply