It-Tlieta 17 ta’ April, 2018. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.
Il-veru profeta hu dak li għandu ħila jibki minħabba l-poplu tiegħu li ma jisimgħux. Illum, waqt il-quddiesa fil-kappella tad-Dar Santa Marta, il-Papa tkellem dwar San Stiefnu u qal li l-Knisja teħtieġ li aħna lkoll inkunu profeti, biex insaħħu r-rabta tagħna ma’ Alla.