Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tat-Tlieta 17 ta’ April 2018

L-Evanġelju tat-Tlieta 17 ta’ April 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 6, 30-35

Meta missirijiethom raw u kielu l-mannah fid-deżert, emmnu jew ġarrbu? U jekk emmnu jew ġarrbu, ħallew qalbhom iddur lejn Alla b’rieda sħiħa jew kif xebgħu iġarrbu u dejqithom reġgħu lura lejn il-ħajja tagħhom ta’ qabel, igergru u jeqirdu kontra Alla li temgħahom u żammilhom żaqqhom mimlija?

In-nies semmew lil Ġesù sentenza mill-kotba mqaddsa biex jikkonvinċuh jagħmel l-istess, iżda nsew li l-kitbiet ma waqfux hemm; l-istess kitbiet juruna li l-poplu rari ħafna emmen tassew sa mill-bidu nett, anzi ħafna drabi min tassew emmen safa’ vitma ta’ dak li riedu l-provi u ma emmnux xorta waħda. Ma kienetx l-ewwel darba u l-anqas l-aħħar, inxteħet minn hemm fuq u nemmnu, inżel minn fuq is-salib u nemmnu. Din is-sentenza għada tiġi mtennija sallum. Barra minn hekk, nippersegwitaw lil min jemmen u noqtluh ukoll u mbagħad insemmu t-toroq għalih u nibnulu l-monumenti u l-istatwi u nagħmlulu marċ u festa, basta ma jtellifniex iżjed.

L-ideja li jkollok ħobż b’xejn li jservik għal ħajtek togħġob lil bosta iżda Ġesù ma jitkellimx fuq il-ħobża li jiġi diġerit u wara jintrema, iżda fu qħobż li jibqa’ fik u jibdillek ħajtek fih. Jien hu l-ħobż tal-ħajja. Min jemmen ma jkun qatt bil-ġuħ u bil-għatx; li tersaq lejh huwa l-ikel, li temmen fih huwa x-xorb. Li tersaq lejh jibdlek fih, li temmen fih jagħtik sigurtà li tsita’ timxi iżjed, li n-nixfa tad-dubju u d-deżert, li jħallu warjahom l-emozzjonijiet u l-esperjenzi tar-relazzjonijiet, qatt ma jwaqqafna mil-mixja tagħna lejn l-oażi tal-ħajja ta’ dejjem.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: