Il-Beatu Romero aktarx ikun kanonizzat f’Ottubru


L-Erbgħa 18 ta’ April 2018: Matul l-omelija li għamel f’Washington, l-Arċisqof Salvadoren, Mons Jose Luis Escobar Alas qal li l-kanonizzazzjoni tal-Beatu Oscar Romero aktarx issir fil-Vatikan fl-aħħar ta’ Ottubru wara l-laqgħa tal-isqfijiet.  Huwa kompla jghid li d-deċiżjoni aħħarija hija tal-Papa Frangisku.

Monseñor_Romero_1979.jpgIl-prelat Salvadoren qal lil folla ta’ bosta immigranti Salvadoreni miġbura għall-quddies fis-Santwarja tal-Qalb Imqaddsa li l-kanonizzazzjoni hija fil-qrib u li fid-19 ta’ Mejju se jitħabbru d-data u l-post.

L-istqarrija tal-isqof ġiet sigħat wara rapporti li l-Kardinal mill-Honduras, Oscar Maradiago qal lill-ġurnalisti li l-kanonizzazzjoni se ssir fil-21 ta’ Ottubru.

Prezenti ghall-quddiesa f’Washington kien hemm il-Kardinal Salvadoren, Mons Gregorio Rosa Chavez, li talab lin-nies biex jistennew l-aħbar uffiċjali minkejja li l-Kardinal Maradiaga kien qrib il-Papa u seta’ jaf id-dettalji.

Escobar, li nħatar flok Romero, li kien assassinat minn nies imħarrġa fl-Istati Uniti qal li l-Isqfijiet ta’ El Salvador kienu bagħtu messaġġ lill-Papa fejn talbuh biex il-kanonizzazzjoni ta’ Romero ssir f’pajjiżu. Dan biex il-foqra tal-pajjiż, li ma jistgħux imorru l-Vatikan jattendu ċ-ċerimonja, l-ewwel waħda ta’ din ix-xorta f’El Salvador.

Delegazzjoni ta’ prelati Kattolici Salvadoreni dan ix-xahar se jiltaqgħu ma’ kungressisti Amerikani bit-tama li ma jitneħħewx żewġ programmi – it-Temporary Protected Status u d-Deferred Action for Childhood Arrivals. It-tmiem ta’ dawn il-programmi jaffettwa aktar minn 140,000 Salvadoren li jinsabu jgħixu fl-Istati Uniti.

Escobar talab lil dawk miġbura għall-quddiesa biex jitolbu l-interċessjoni tal-Beatu Romero ħalli jsir mirakli u tinstab soluzzjoni.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.