L-Evanġelju tal-Erbgħa 18 ta’ April 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 6, 35-40

Il-ħtieġa li jħoss il-bniedem għall-immortalità, ħtirġa li l-bniedem donnu ħass minn dejjem, tieħu sura oħra fil-pjan tal-imħabba ta’ Alla għall-bniedem, sewwa sew għax Alla jħobb lill-bniedem u ħabbu qabel ħalqu bie xikun miegħu.

Fl-ideja tal-bnedmin l-immortalità hija r-rebħa fuq iż-żmien, li tibqa’ tgħix għal dejjem iż-żgħożija, li fil-ħsieb tagħhom hija l-fjur tal-ħajja, meta kisbu l-maturità fiżika iżda għadhom mhux maħkumin mid-dgħufija tal-mard u d-deġenerazzjoni tal-ġisem. Iż-żgħożija u żgħożija għaal dejjem.

Iżda għal Ġesù, fl-Evanġelju ta’ Ġwanni, l-immortalità tinbidel f’ħajja għal dejjem li tgħaddi mill-proċess tal-mewt u hekk il-mewt ma tibqax tmiem li jwerwer lill-bniedem iżda ssir il-mument tal-bidla. Din hi r-rieda tal-Missier li jħobb. Il-mewt tintrebaħ mill-Iben bil-qawmien tiegħu mill-imwiet, u l-bniedem li jgħaddi minnha jissieħeb ma’ Alla, jingħaqad miegħu fl-eternità; dak li kellu bidu fiż-żmien isir ħaġa waħda ma’ dak li ħabbu u li qatt ma kellu bidu u qatt ma għandu tmiem.

Meta jkellem lin-nies, li kemm-il darba waqt l-eżistenza tiegħu fuq din l-art bħala bniedem ipprova jtejjeb bil-fejqan mill-mard, li jidher mill-mod kif jitkellem u minn dak li jgħid li il-ferħ fuq din l-art huwa mportanti, Ġesù jur ċar li l-għan veru għandu jkun il-kisba tal-ħajja ta’ dejjem, l-għaqda sħiħa ma’ dak li qed joffriha għal dejjem.

Din hi r-rieda tal-Missier: li ma jintilef ħadd, ovvjament ħlief dak li, b’għażla, jrid jintilef għax Alla ma jisforza lil ħadd.

Ġesù ma jkeċċi lil ħadd; jilqa’ lil kulħadd. Il-problema mhix fih, imma f’min jisma u ma jemminx, jara u jibqa’ jmeri s-sewwa magħruf.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.