Is-sinjal tal-fidi Nisranija

2. Katekeżi dwar il-Magħmudija mill-Papa Franġisku. 18 ta’ April 2018.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu, f’dan iż-Żmien tal-Għid, bil-katekeżi tagħna fuq il-Magħmudija. It-tifsira tal-Magħmudija toħroġ b’mod ċar miċ-ċelebrazzjoni tagħha, għalhekk ejjew nixħtu l-attenzjoni tagħna fuqha. Jekk inqisu l-ġesti u l-kelmiet tal-liturġija nistgħu nifhmu l-grazzja u l-impenn ta’ dan is-Sagrament, li dejjem fadlilna x’niskopru fih. Niftakru fih fit-traxxix bl-ilma mbierek li jista’ jsir il-Ħadd fil-bidu tal-Quddiesa, kif ukoll fit-tiġdid tal-wegħdiet tal-Magħmudija fil-Velja tal-Għid.

Continue reading Is-sinjal tal-fidi Nisranija

L-Evanġelju tal-Erbgħa 18 ta’ April 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 6, 35-40

Il-ħtieġa li jħoss il-bniedem għall-immortalità, ħtirġa li l-bniedem donnu ħass minn dejjem, tieħu sura oħra fil-pjan tal-imħabba ta’ Alla għall-bniedem, sewwa sew għax Alla jħobb lill-bniedem u ħabbu qabel ħalqu bie xikun miegħu. Continue reading L-Evanġelju tal-Erbgħa 18 ta’ April 2018