Mixja favur il-Ħajja. L-Isqfijiet iħeġġu s-sehem ta’ kulħadd

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ħamis 19 ta’ April 2018:  Kif ġa ħabbarna jumejn ilu mis-sit Laikos (www.laikos.org)  Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna u Mons. Isqof Mario Grech se jieħdu sehem fil-Mixja favur il-Ħajja li se ssir nhar il-Ħadd li ġej 22 ta’ April 2018, u li qed tkun organizzata minn LifeNetwork. It-tema hi: Embrijun wieħed minna.

cjs_mg

F’ittra ffirmata mill-Vigarju Ġenerali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, l-Isqfijiet Maltin iħeġġu lil-lajċi, saċerdoti u persuni ta’ ħajja kkonsagrata biex jissieħbu magħhom f’din il-manifestazzjoni li għandha skop wieħed: li l-ħajja tiġi mħarsa sa mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha. Għandu jsir avviż dwar dan fil-quddies tas-Sibt 21 ta’ April filgħaxija u tal-Ħadd 22 ta’ April filgħodu.

L-Isqfijiet iħeġġu wkoll lill-komunitajiet tal-Knisja f’Malta biex jitolbu għall-ħarsien u l-protezzjoni tal-ħajja, u biex dawk li għandhom ir-responsabbiltà għal-liġijiet “verament iħarsu l-ħajja u d-dinjità umana u ma jagħmlu xejn li jkasbar id-drittijiet tal-ulied”, kif appellaw l-Isqfijiet fl-Istqarrija li huma ħarġu erbat ijiem ilu.

pcAktar tard konna nfurmati li anke l-Arċisqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona OP ser ikun qed jieħu sehem fil-manifestazzjoni favur i-ħajja.

http://www.newsbook.com.mt/artikli/2018/4/20/l-arcisqof-emeritu-cremona-se-jattendi-l-mixja-favur-il-hajja.74096/

Ara aktar favur il-ħajja umana …  http://www.laikos.org/tvl4life.htm

 

 

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading