Lectio Divina tal-5 Ħadd Matul Sena “B”

Vanġelu (Mk 1. 29-39): Xi għaxar kilometri ‘l bogħod minn Kafarnahum, kien hemm ir-raħal ta’ Magdala. In-nies t’hemm kienu jafu jippriżervaw il-ħut bil-melħ. Għalhekk is-sajjieda mas-sebħ kienu jidħlu x-xatt bil-qabda,  u jbiegħu il-ħut f’Magdala.  Imbagħad isorġu d-dgħajjes fil-port li kien xi 200 metru ‘l bogħod minn Kafarnahum. Kien hawn li Ġesu sejjaħ l-ewwel dixxipli Tiegħu. Continue reading “Lectio Divina tal-5 Ħadd Matul Sena “B””

L-Evanġelju tat-Tlieta 24 ta’ April 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 10, 22-30

F’Ġerusalemm ħabtet il-festa tal-Konsagrazzjoni tat-tempju. Kienet ix-xitwa, u Ġesù kien miexi minn naħa għal oħra tat-tempju, fil-loġġa ta’ Salamun. Il-Lhud daru miegħu u qalulu: “Kemm se ddum taqlgħalna ruħna? Jekk inti l-Messija għidilna ċar u tond”. Weġibhom Ġesù: “Għedtilkom u intom ma temmnux. L-għemejjel li nagħmel jien f’isem Missieri jixhdu għalija. Iżda intom ma temmnux għax m’intomx min-nagħaġ tiegħi. In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja. U jiena nagħtihom il-ħajja ta’ dejjem; u huma ma jintilfu qatt, u minn idejja ma jaħtafhomli ħadd. Missieri, li tahomli, hu akbar minn kulħadd, u ħadd ma jista’ jaħtafhom minn id il-Missier. Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda”.