Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Qatt m’għandna nkunu lsiera tal-kliem jew magħluqin għall-Ispirtu s-Santu

Qatt m’għandna nkunu lsiera tal-kliem jew magħluqin għall-Ispirtu s-Santu


It-Tlieta 24 ta’ April, 2018. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Tul l-istorja tal-bniedem dejjem se jibqa’ jkun hemm min jirreżisti lill-Ispirtu s-Santu, jopponi n-novitajiet u t-tibdil. Fl-omelija li għamel fil-kappella tad-Dar Santa Marta llum, il-Papa Franġsiku għamel riflessjoni dwar il-qari li ttina l-liturġija u ffoka fuq l-atteġġjamenti differenti li jieħu l-bniedem quddiem in-novitajiet tal-Mulej, li dejjem jiġi jiltaqa’ magħna b’xi ħaġa ġdida u oriġinali.

 

Fil-Vanġelu meħud minn San Ġwann, jidher ċar kemm id-dutturi tal-Liġi kellhom qalbhom magħluqa, atteġġjament li wara jsir riġidu, iebes. Dawn huma nies li dejjem iridu jkunu huma fiċ-ċentru, bla ma jagħtu kont tal-Ispirtu s-Santu u insensibbli għan-novitajiet. Il-Qdusija Tiegħu saħaq, b’mod partikolari dwar in-nuqqas assolut ta’ ħila li kellhom li jaqraw is-sinjali taż-żmien għax kienu lsiera ta’ kliemhom u tal-idejat tagħhom.

Itennu l-istess mistoqsija, m’għandhomx ħila joħorġu mid-dinja magħluqa
tagħhom. Kienu rċevew liġi li kienet il-ħajja, imma huma “saffewha” bidluha f’ideoloġija u b’hekk baqgħu jgħaqdu u tilfu l-ħila li joħorġu tant li kull novità għalihom kienet theddida.

Iżda l-kalibru ta’ wlied Alla għandu jkun ferm differenti u minkejja li għal bidu jista’ jkun hemm xi ftit tar-riservi, huma ħielsa u għandhom ħila jqiegħedu lill-Ispirtu s-Sntu fiċ-ċentru. L-eżempju tal-ewwel dixxipli li smajna fl-ewwel qari juri kemm huma kienu doċli biex jaċċettaw il-ġdid bl-attitudni tagħhom li jiżirgħu il-Kelma ta’ Alla anki ‘l barra mill-ambjent tal-iskema li “dejjem hekk sar”.
Huma, irrimarka l-Papa Bergoglio, kienu doċli għall-Ispirtu s-Santu biex wettqu xi ħaġa li kienet aktar minn rivoluzzjoni, tibdil qawwi, li fiċ-ċnentru tiegħu kien hemm l-Ispirtu s-Santu, mhux il-Liġi.

Il-Knisja baqgħet dejjem miexja ‘l quddiem, Knisja li għarfet tmur lil hinn minnha nfisha. Dak tad-dixxipli ma kienx xi grupp magħluq ta’ magħżulin imma Knisja missjunarja: anzi kienu l-ekwilibriju tal-Knisja bil-fedeltà li kellhomlejn l-Ispirtu s-Santu. L-ekwilibriju tal-Knisja, osserva Franġiksu jixbaħ lill-bicycle li jekk timxi tkun sew, imma jekk tieqaf, taqa’.

Ftuħ jew għeluq: żewġ punti kontra xulxin li jiddeskrivu kif il-bniedem jista’ jirreaġixxi qudiiem in-nifs tal-Ispirtu s-Santu. Il-ftuħ, qal il-pPapa, hu l-karatteristika tal-Appostli, tad-dixxipli: ir-reżistenza tal-bidu hi umana imma hi garanzija li huma ma ħallewx xi ħaġa tqarraq bihom u bit-talb u d-dixxeniment, isibu t-triq.

Dejjem se jkun hemm min jirreżisiti lill-Ispirtu s-Santu, dejjem sal-aħħar tad-dinja. Jalla l-Mulej itina l-grazzja li nagħrfu nirreżistu dak li jixraq li nirreżistuh, dak li jiġi mill-malinn, dak li jeħdilna l-libertà, u nagħrfu ninfetħu għan-novitajiet, imma għal dawk biss li jiġu minn Alla bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. U jalla jkollna l-grazzja li niddixxernu s-sinjali taż-żmien biex nieħdu d-deċiżjonijiet li jkollna nieħdu fil-ħin propizju, temm jgħid il-Papa Franġisku.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: