Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Mingħajr imħabba u servizz il-Knisja ma timxix ’il quddiem

Mingħajr imħabba u servizz il-Knisja ma timxix ’il quddiem


Il-Ħamis 26 ta’ April, 2018. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Bl-Ewkaristija Ġesù jgħallimna l-imħabba, bil-ħasil tar-riġlejn jgħallimna l-qadi u jgħidilna li l-qaddej qatt mhu akbar minn dak li bagħtu, mis-sid.

 

Dawn it-tliet punti huma s-siesien tal-Knisja. Dan qalu l-Papa Franġisku fl-omelija li ċċelebra dalgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta. Franġisku kien qed jirrifletti dwar il-Vanġelu skont San Ġwann li fih l-evanġelista jirrakkuntalna x’ġara wara l-ħasil tar-riġlejn.

Fl-Aħħar Ikla Ġesù jsellem lid-dixxipli, spjega l-Papa, b’diskors twil u sabiħ li jtihulna Ġwanni, u jagħmel żewġ ġesti li huma istituzzjoni. Żewġ ġesti għad-dixxipli u għall-Knisja li kellha tkompli. Żewġ ġesti li, biex ngħidu hekk, huma s-sisien tad-duttrina tiegħu.

Ġesù jtihom ġismu biex jiekluh u demmu biex jixorbuh, jiġifieri waqqaf l-Ewkaristija, u ħasel riġlejn l-Appostli. Min daż-żewġ ġesti jinbtu ż-żewġ kmandamenti, issokta l-Papa, li bihom tikber il-Knisja jekk aħna nkuni fidili lejhom.

L-ewwel hu l-kmandament tal-imħabba: mhux aktar “ħobb lil għajrek bħalek innifsek” imma pass aktar ‘l hinn “ħobbu lill-proxxmu bħalma ħabbejtkom jien”.

Imħabba bla limitu. Mingħajr dan il-Knisja ma timxix ‘il quddiem, tibqa’ bla nifs. Mingħajr imħabba, ma tikbirx, tinbidel f’istituzzjoni vojta, tal-apparenza, ta’ ġesti mingħajr frott. Ġesù jgħidilna kif għandna nħobbu sal-aħħar.

Ħobbu lil xulxin bħalma ħabbejtkom jien; u mbagħad il-kmandament il-ġdid l-ieħor li jiġi mill-ħasil tar-riġlejn “aqdu lil xulxin”. Aħslu riġlejn xuxlin kif ħasiltomlkom jien. Żewġ kmandamenti ġodda flimkien ma’ twissija: intom tistgħu sservu, imma mibgħutin minni. Intom m’intomx akbar minni. Infatti Ġesù jiċċara l-punt: “il-qaddej mhux akbar minn sidu, lanqas mibgħut mhu akbar minn min bagħtu”. Din hi l-umiltà vera u sempliċi, mhux umiltà finta, osserva Franġisku.

Jeħtieġ nagħrfu li Hu akbar minna lkoll, u li aħna qaddejja u qatt ma nistgħu naqbżu lil Ġesù, ma nistgħux ninqdew bih. Hu l-Mulej mhux aħna. Dan hu t-testment tal-Mulej. Itina nieklu u nixorbu u jgħidilna: hekk għandkom tħobbu lil xulxin. Jaħsel ir-riġlejn u jgħidilna: hekk għandkom taqdu lil xulxin, imma oqgħodu attenti għax il-qadddej qatt mhu akbar minn min bagħtu, minn sidu.

Kliem bla tlaqliq: dan hu s-sies tal-Knisja. Jekk aħna nibqgħu mexjin fuq dawn it-tliet prinċipji ma niżbaljaw qatt.

Il-martri, kompla jgħid il-Papa Franġisku, u tant qaddisin, hekk imxew: b’dan l-għarfien li huma qaddejja. Imbagħad Ġesù jitfa’ twissija oħra: “Jiena nafhom lil dawk li għażilt”, u jgħid: “Iżda naf li wieħed minnkom se jittradini”. Għalhekk il-Papa Franġisku stieden lil kulħadd biex joqgħod ftit fis-skiet u jħalli lill-Mulej iħares lejh.

Inħalli l-ħarsa tal-Mulej tidħol fija. Nibdew inħossu ħafna affarijiet: inħossu l-imħabba, forsi ma nħossu xejn… nibqgħu fl-ajru, inħossu l-mistħija. Imma dejjem inħallu l-ħarsa ta’ Ġesù tiġi lejna. L-istess ħarsa li biha ħares lejn tiegħu waqt l-Aħħar Ikla. Mulej int taf, int taf kollox.

Bħal Pietru f’Tiberija: “Mulej, Int taf kollox. Int taf li nħobbok, taf x’hemm f’qalbi”. Imħabba sal-aħħar. Biex temm l-omleija l-Papa uża kelma ftit jew wisq militari imma li tgħodd ħafna: “subordinazzjoni”, jew aħjar: Hu l-akbar, jien il-qaddej, ħadd ma jista’ jgħaddi qablu.

Mingħajr imħabba u servizz il-Knisja ma timxix ’il quddiem

Bl-Ewkaristija Ġesù jgħallimna l-imħabba, bil-ħasil tar-riġlejn jgħallimna l-qadi u jgħidilna li l-qaddej qatt mhu akbar minn dak li bagħtu, mis-sid.

Dawn it-tliet punti huma s-siesien tal-Knisja. Dan qalu l-Papa Franġisku fl-omelija li ċċelebra dalgħodu l-Ħamis 26 ta’ April, fil-kappella tad-Dar Santa Marta. Franġisku kien qed jirrifletti dwar il-Vanġelu skont San Ġwann li fih l-evanġelista jirrakkuntalna x’ġara wara l-ħasil tar-riġlejn.

Fl-Aħħar Ikla Ġesù jsellem lid-dixxipli, spjega l-Papa, b’diskors twil u sabiħ li jtihulna Ġwanni, u jagħmel żewġ ġesti li huma istituzzjoni. Żewġ ġesti għad-dixxipli u għall-Knisja li kellha tkompli. Żewġ ġesti li, biex ngħidu hekk, huma s-sisien tad-duttrina tiegħu.

Ġesù jtihom ġismu biex jiekluh u demmu biex jixorbuh, jiġifieri waqqaf l-Ewkaristija, u ħasel riġlejn l-Appostli. Min daż-żewġ ġesti jinbtu ż-żewġ kmandamenti, issokta l-Papa, li bihom tikber il-Knisja jekk aħna nkuni fidili lejhom.

L-ewwel hu l-kmandament tal-imħabba: mhux aktar “ħobb lil għajrek bħalek innifsek” imma pass aktar ‘l hinn “ħobbu lill-proxxmu bħalma ħabbejtkom jien”.

Imħabba bla limitu. Mingħajr dan il-Knisja ma timxix ‘il quddiem, tibqa’ bla nifs. Mingħajr imħabba, ma tikbirx, tinbidel f’istituzzjoni vojta, tal-apparenza, ta’ ġesti mingħajr frott. Ġesù jgħidilna kif għandna nħobbu sal-aħħar.

Ħobbu lil xulxin bħalma ħabbejtkom jien; u mbagħad il-kmandament il-ġdid l-ieħor li jiġi mill-ħasil tar-riġlejn “aqdu lil xulxin”. Aħslu riġlejn xuxlin kif ħasiltomlkom jien. Żewġ kmandamenti ġodda flimkien ma’ twissija: intom tistgħu sservu, imma mibgħutin minni. Intom m’intomx akbar minni. Infatti Ġesù jiċċara l-punt: “il-qaddej mhux akbar minn sidu, lanqas mibgħut mhu akbar minn min bagħtu”. Din hi l-umiltà vera u sempliċi, mhux umiltà finta, osserva Franġisku.

Jeħtieġ nagħrfu li Hu akbar minna lkoll, u li aħna qaddejja u qatt ma nistgħu naqbżu lil Ġesù, ma nistgħux ninqdew bih. Hu l-Mulej mhux aħna. Dan hu t-testment tal-Mulej. Itina nieklu u nixorbu u jgħidilna: hekk għandkom tħobbu lil xulxin. Jaħsel ir-riġlejn u jgħidilna: hekk għandkom taqdu lil xulxin, imma oqgħodu attenti għax il-qadddej qatt mhu akbar minn min bagħtu, minn sidu.

Kliem bla tlaqliq: dan hu s-sies tal-Knisja. Jekk aħna nibqgħu mexjin fuq dawn it-tliet prinċipji ma niżbaljaw qatt.

Il-martri, kompla jgħid il-Papa Franġisku, u tant qaddisin, hekk imxew: b’dan l-għarfien li huma qaddejja. Imbagħad Ġesù jitfa’ twissija oħra: “Jiena nafhom lil dawk li għażilt”, u jgħid: “Iżda naf li wieħed minnkom se jittradini”. Għalhekk il-Papa Franġisku stieden lil kulħadd biex joqgħod ftit fis-skiet u jħalli lill-Mulej iħares lejh.

Inħalli l-ħarsa tal-Mulej tidħol fija. Nibdew inħossu ħafna affarijiet: inħossu l-imħabba, forsi ma nħossu xejn… nibqgħu fl-ajru, inħossu l-mistħija. Imma dejjem inħallu l-ħarsa ta’ Ġesù tiġi lejna. L-istess ħarsa li biha ħares lejn tiegħu waqt l-Aħħar Ikla. Mulej int taf, int taf kollox.

Bħal Pietru f’Tiberija: “Mulej, Int taf kollox. Int taf li nħobbok, taf x’hemm f’qalbi”. Imħabba sal-aħħar. Biex temm l-omleija l-Papa uża kelma ftit jew wisq militari imma li tgħodd ħafna: “subordinazzjoni”, jew aħjar: Hu l-akbar, jien il-qaddej, ħadd ma jista’ jgħaddi qablu.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: