Diskussjoni favur il-ħajja mdawla mill-valuri tal-Evanġelju. L-Azzjoni Kattolika

Il-Ġimgħa 27 ta’ April 2018: Filwaqt li l-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM) ittenni l-pożizzjoni tagħha favur il-ħajja, nixtiequ niġbdu l-attenzjoni dwar it-ton li qed jiġi wżat fid-diskussjoni dwar l-Embryo Protection Act. Continue reading “Diskussjoni favur il-ħajja mdawla mill-valuri tal-Evanġelju. L-Azzjoni Kattolika”

Ħtieġa ta’ Djalogu Responsabbli

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ĠUSTIZZJA U PAĊI

Il-Ġimgħa 27 ta’ April 2018: Fid-dawl tad-diskussjonijiet preżenti dwar l-emendi għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni, il-Kummissjoni Ġustizzja u l-Paċi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta qed issejjaħ għal djalogu responsabbli li jmur lil hinn minn pożizzjonijiet polarizzati, u li jkun iffukat fuq il-ġid komuni ta’ kulħadd mingħajr ma jiġu attakkati personalment dawk li għandhom fehmiet opposti. Continue reading “Ħtieġa ta’ Djalogu Responsabbli”

L-Evanġelju tal-Ġimgħa 27 ta’ April 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 14, 1-6

Il-qalb faċli titħawwad quddiem il-ħsieb tal-firda u tal-vojt li jasal wara, il-vojt tal-mhux magħruf, il-vojt li jista’ jġib miegħu il-ġdid u jneħħilna minn taħtna l-putruna komda ta’ dak li hu issa, anke jekk kultant skomdu; l-iskumdità naslu biex nidrawha ħafna iktar faċli milli nistgħu inwarrbu l-biża minn dak li jista’ jiġri.
Continue reading “L-Evanġelju tal-Ġimgħa 27 ta’ April 2018”