Home > Minn Angelo Xuereb > San Ġużepp Ħaddiem

San Ġużepp Ħaddiem


Kitba ta’ Angelo Xuereb: Il-Knisja fl-ewwel ta’ Mejju tiċċelebra l-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem. Għalhekk ser nitkellmu fuq il-valur tax-xogħol.

San Ġużepp għadda ħajtu jaħdem bħala mastrudaxxa. Min dan ix-xogħol kien jaqla’ l-għejxien ta’ kuljum għall-Verġni Marija u għal Ġesù. U proprju laħaq qdusija mill-aktar kbira billi tħarreġ fix-xogħol ta’ kuljum, b’sens ta’ dover, paċenzja u rassenjazzjoni mat-tbatijiet li jġib miegħu. Ħadem fis-skiet u fil-moħbi. Għall-għajnejn in-nies ma kien qiegħed jagħmel xejn straordinarju.

Għalhekk il-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem tfakkarna fid-dinjità tax-xogħol. Permezz tal-ħidma tiegħu, il-bniedem jissieħeb mal-ħallieq tiegħu. Infatti Alla stess ordna lill-ewwel bnedmin biex jaħdmu. Għalihom ix-xogħol kien ser jkun faċli, mimli ferħ u paċi. Iżda meta dawn dinbu l-folja nqalbet. Ix-xogħol sar iebes għall-bniedem. Fih kellu jbati u jaqta’ bi snienu.

Iżda madankollu qatt ma nistgħu ngħidu li x-xogħol huwa kastig ta’ Alla. Permezz tax-xogħol il-bniedem iġib id-dinja ‘l quddiem u jitkattar il-ġid materjali li huwa importanti wkoll. Ix-xogħol ma jgħinx biss lill-iżvilupp tad-dinja iżda jagħmel ‘il-bniedem kuntent. Veru li fix-xogħol il-bniedem ibati wkoll iżda hija xi ħaġa kerha kieku l-bniedem  jintelaq u ma jaħdimx. Jaqa’ fil-għażż, jitlef l-iskop ta’ ħajtu, filwaqt li jġarrab tentazzjonijiet kbar. Ġie li xi wħud mill-qaddisin fosthom San Ġwann Bosco kienu jagħmlu xi xogħol inutli, sempliċement biex jitbegħdu mit-tentazzjonijiet.

Ix-xogħol huwa xi ħaġa ta’ l-għaġeb. Kif għidna kien Alla li ikkmanda lill-bniedem biex jaħdem l-art. Il-Knisja permezz ta’ din il-festa tfakkarna li kulħadd għandu jagħmel xogħlu b’sens ta’ dmir u servizz lejn il-proxxmu. Min fix-xogħol jara l-qliegħ biss ma jalsalx li jikseb il-ġid kollu li joħroġ minnu.

Din il-festa tfakkarna li x-xogħol huwa l-ewwel sejħa li għandu l-bniedem. Infatti kull min huwa b’saħħtu jagħmel xi xogħol. Anki l-patrijiet u s-sorijiet tal-klawsura jgħaddu parti konsiderevoli tal-ħin tagħhom jaħdmu. B’xogħol nifhmu kull attività tal-bniedem sew jekk tkun manwali jew intellettwali. Anki l-istudju huwa forma ta’ xogħol.

Il-Knisja permezz ta’ din il-festa tfakkarna li jekk ix-xogħol nagħmluh b’sens ta’ servizz huwa triq għall-qdusija. Jalla nagħarfu dan il-messaġġ ta’ l-ispiritwalità tax-xogħol.

Categories: Minn Angelo Xuereb
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: