Home > Arċisqof Charles J. Scicluna. 2018, Avviżi > Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Mejju 2018

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Mejju 2018


Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Mejju 2018

402645-740xNone

It‑Tlieta 1 ta’ Mejju, fl‑10:30 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Dun Mark Mallia Pawley bħala l‑Arċipriet il‑ġdid tal‑Parroċċa Santa Marija, Ħad‑Dingli. Fis‑6:30 p.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Patri Publius Mair OFM Cap. bħala l‑Kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa Marija Reġina, il‑Marsa.

Il‑Ħamis 3 ta’ Mejju, fl‑10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ma’ grupp ta’ pazjenti u voluntiera ta’ St Michael’s Hospice fil‑Knisja Parrokkjali, l‑Iklin.

Il‑Ġimgħa 4 ta’ Mejju, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Dun Norman Zammit bħala l‑Arċipriet il‑ġdid tal‑Parroċċa Santa Marija, il‑Gudja.

Il‑Sibt 5 ta’ Mejju, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Safi fil‑bidu tal‑Viżta Pastorali f’din il‑parroċċa. Qabel il‑Quddiesa, Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Qrar.

Il‑Ħadd 6 ta’ Mejju, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Qrar u jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Safi bħala parti mill‑Viżta Pastorali f’din il‑parroċċa.

It‑Tlieta 8 ta’ Mejju, festa tal‑Madonna ta’ Pompej, f’12:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jitlob s‑Supplika tal‑Madonna ta’ Pompej u jagħti l‑Barka Sagramentali, fil‑Knisja tal‑Ġiżwiti, il‑Belt Valletta. Fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi pellegrinaġġ u fis‑7:00 p.m. jiċċelebra Quddiesa fil‑pjazza quddiem il‑Knisja tal‑Madonna ta’ Pompej, Marsaxlokk.

L‑Erbgħa 9 ta’ Mejju, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Kulleġġ San Injazju, tal‑Ħandaq, fl‑okkażjoni tal‑10 anniversarju mit‑twaqqif tal‑iskola. Fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑festa ta’ San Ġorġ Preca, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera.

Is‑Sibt 12 ta’ Mejju, fil‑5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal‑Għaqda
Eks studenti Liceo (A.L.P.S.) fil‑kappella ta’ Sant’Anna fil‑Wied tal‑Pwales, San Pawl il‑Baħar.

Il‑Ġimgħa 18 ta’ Mejju, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fil‑Parroċċa Santa Marija, l‑Imġarr.

Is‑Sibt 19 ta’ Mejju, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fil‑Parroċċa tal‑Immakulata Omm il‑Knisja, l‑Ibraġ. Fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament ma’ Richmond Foundation f’għeluq il‑25 anniversarju mit‑twaqqif tagħhom, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta. Fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti tal‑Parroċċa San Girgor il‑Kbir u l‑Parroċċa Stella Maris, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Stella Maris, tas‑Sliema.

Il‑Ħadd 20 ta’ Mejju, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis‑Solennità ta’ Għid il‑Ħamsin fis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Karmnu, il‑Belt Valletta, li fiha jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti tal‑Parroċċi tal‑Belt u l‑Parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu, Tas‑Sliema. Fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fis‑Santwarju tal‑Ħniena Divina, in‑Naxxar.

Il‑Ġimgħa 25 ta’ Mejju, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Dun Christopher Ellul bħala l‑Arċipriet il‑ġdid tal‑Parroċċa Marija Annunzjata, Ħal Tarxien.

Is‑Sibt 26 ta’ Mejju, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti tal‑iskola San Anton, fis‑Santwarju tal‑Ħniena Divina, in‑Naxxar. Fl‑4:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fil‑Parroċċa San Franġisk ta’ Assisi, il‑Qawra.

Il‑Ħadd 27 ta’ Mejju, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali tas‑Siġġiewi fil‑bidu tal‑Viżta Pastorali f’din il‑parroċċa. Matul il‑Quddiesa, Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Ewwel Tqarbina.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: