Archive

Archive for May 2, 2018

Fil-Bavarja jitpoġġew slaleb fid-daħla ta’ kull bini amministrattiv pubbliku.

L-Erbgħa 2 ta’ Mejju 2018: Il-Gvern reġjonali tal-Bavarja, fil-Ġermanja, ordna li jitpoġġew slaleb fid-daħla ta’ kull bini amministrattiv pubbliku.  Is-sit newsbook.com.mt irrapporta li l-amministrazzjoni konservattiva tal-pajjiż qalet li s-slaleb għandhom jirriflettu l-identità kulturali u l-influwenza Kristjana tar-reġjun. Id-deċiżjoni ttieħdet nhar it-Tlieta li għadda. Read more…

Categories: Aħbarijiet

Il-Papa Franġisku fakkar li kull ħajja umana hija unika

L-Erbgħa 2 ta’ Mejju 2018: Waqt laqgħa li kellu mal-membri tal-assoċjazzjoni “Una vita rara” (Ħajja rari), li tirriċerka u turi solidarjetà fejn ikun hemm mard rari, il-Papa Franġisku fakkar li kull ħajja umana hija unika, u qal li jħossu mqanqal mir-rieda tal-familji li jaffrontaw din ir-realtà ta’ tant niket u jagħmlu ħilithom biex itejbuha. Read more…

Categories: Aħbarijiet

Is-6 Ħadd tal-Għid. Sena “B”

May 2, 2018 1 comment

Powerpoint għas-Sitt Ħadd tal-Għid – Sena “B”. Il-Qari tal-Quddiesa preżentat għat-tfal, studenti u familji. Iftaħ il-powerpoint minn din il-link … Is-Sitt Ħadd tal-Għid, Sena B.

Categories: PP tal-Ħadd

L-Evanġelju tal-Erbgħa 2 ta’ Mejju 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 15, 1-8

F’dan id-diskors twil li jibda minn Kapitlu 13 u jintemm f’Kapitlu 17 tal-Evanġelju tiegħu Ġesùjiftaħ qalbu mad-dixxipli tiegħu u jiftaħ qalbu ma’ Alla quddiemhom f’ħin tassew delikat u prezzjuż, mimli emozzjonijiet ta’ qabel it-tluq u l-firda li jġib miegħu.
Read more…