Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Il-fidi ngħadduha bl-imħabba u x-xhieda

Il-fidi ngħadduha bl-imħabba u x-xhieda


Il-Ħamis 3 ta’ Mejju, 2018. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Fil-kappella tad-Dar Santa Marta l-Papa għamel riflessjoni dwar l-atteġġjamenti li għandu jkollna meta nittrasmettu l-fidi.

 

It-trażmissjoni tal-fidi ma tfissirx “prożelitiżmu”, qiesna qed infittxu n-nies biex jibdew iżommu ma’ xi tim tal-futbol jew biex jissieħbu f’xi għaqda kulturali, imma ssir bl-imħabba. Din kienet ir-riflessjoni li għamel il-Papa fl-omelija tal-quddiesa tal-lum 3 ta’ Mejju. Franġisku beda l-omelija mnebbaħ mill-ewwel qari meħud mill-ittra ta’ San Pawl lill-Korintin u qal li l-fidi mhix sempliċiment li nirreċitaw il-Kredu, anzi l-Kredu hu “stqarrija” tal-fidi tagħna.

It-trażmissjoni tal-fidi ma ssirx billi nagħtu xi informazzjoni, imma bil-qalb u bil-fidi f’Ġesù Kristu. Żgur li mhix li mekkanikament nitgħallmu xi ħaġa minn xi ktieb, għax li tkun nisrani jfisser li “tkattar” int u tgħaddiha lil ħaddieħor, l-istess kif tagħmel il-Knisja li hi omm u twelled ’l uliedha fil-fidi.

It-trażmissjoni tal-fidi ma tfissirx li aħna naqbdu xi ktieb, intuh lil xi ħadd biex jistudjah tajjeb ħalli mbagħad ngħammduh, iżda hi mixja differenti għax aħna rridu ngħaddu lil ħaddieħor dak li rċevejna aħna. Din hi l-isfida li għandu n-nisrani u hija wkoll l-isfida li għandha l-Knisja.

Il-Papa Bergoglio insista li t-trasmissjoni tal-fidi tgħaddi minn ġenerazjoni għal oħra, min-nanniet għall-ommijiet, b’arja li tfewwaħ bl-imħabba. Dak li nemmen ma jasalx biss bil-kliem, imma wkoll bit-tmellis, bit-tenerezza. Franġisku żied jgħid li llum għandna l-babysitters li saru qieshom it-tieni omm, u għalhekk ir-responsabbiltà tat-trasmissjoni tal-fidi tinsab f’idejhom ukoll biex jgħinu liż-żgħar jikbru kif imiss.

Imma t-trażmissjoni tal-fidi ma ssirx bil-prożelitiżmu, hija xi ħaġa oħra, hija xi ħaġa akbar minn hekk. Mhix li tmur tfittex lil xi ħadd biex tħajjru jidħol membru ta’ xi klabb tal-futbol jew ta’ xi ċentru kulturali. Sewwa kien qal il-Papa Emeritu Benedittu XVI, issokta Franġisku, li l-Knisja ma tikbirx bil-prożelitiżmu imma bl-attrazzjoni, jiġifieri bl-eżempju, bix-xhieda.

Xhieda li ntuha kull jum ta’ ħajjitna b’dak li nemmnu, li jagħmilna ġusti f’għajnejn Alla u li b’hekk iqanqal il-kurżita ta’ min ikun madwarna.

Ix-xhieda tqanqal il-kurżità fil-qalb ta’ dak li jkun u minn hemm jibda jaħdem ġewwa fih l-Ispirtu s-Santu. Il-Knisja temmen b’din il-ġibda, li l-fidi tikber bix-xhieda, tingħata bix-xhieda, sal-martirju. Meta ħaddieħor jara din il-koerenza jibda jistaqsi: Imma għaliex dan/din jgħejxu hekk? Għax qed jgħejxu ħajjithom għas-servizz tal-oħrajn?

Dik il-kurżità hija ż-żerriegħa li jieħu f’idejh l-Ispirtu s-Santu u jkattaraha. It-trasmissjoni tal-fidi tagħmilna ġusti, tiġġustifikana u bit-trasmissjoni tal-fidi nagħtu l-ġustizzja awtentika lill-oħrajn, temm il-Papa Bergoglio.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: