Il-Kardinal Jean-Louis Tauran fl-Arabja Sawdija

Is-Sibt 5 ta’ Mejju 2018: Il-Kardinal Jean-Louis Tauran, President tal-Kunsill Pontifiċju għad-Djalogu bejn ir-Reliġjonijiet, ilu fl-Arabja Sawdija sa mit-13 t’April u se jibqa’ hemm sal-20 t’April, b’hekk ikun qed ipatti għal żjara li kient saret fil-Vatikan fl-20 ta’ Settembru, 2017, mis-Segretarju Ġenerali tal-Muslim World , ix-Sheikh Muħammad bin Abdul Karim Al-Issa. Continue reading “Il-Kardinal Jean-Louis Tauran fl-Arabja Sawdija”

L-Għarabja Sawdita fi ftehim mal-Vatikan biex jinbnew knejjes għall-Insara f’dan il-pajjiż.

Is-Sibt 5 ta’ Mejju 2018: Fid-dawl ta’ kif il-kultura soċjali tal-Għarabja Sawdita qed tinfetaħ għad-dinja, għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu, dan il-pajjiż iffirma ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Vatikan biex jinbnew knejjes għal ċittadini Kristjani. B’hekk ikunu qegħdin juru x’sehem importanti għandhom ir-reliġjonijiet u l-kulturi diversi fir-rinunzja tal-vjolenza u t-terroriżmu u jagħtu l-għajnuna tagħhom għall-kisba tas-sigurtà u l-istabbiltà fid-dinja. Continue reading “L-Għarabja Sawdita fi ftehim mal-Vatikan biex jinbnew knejjes għall-Insara f’dan il-pajjiż.”

Ġesù jgħallimna li l-ħbiberija miegħu trid tgħaddi wkoll bil-mod kif nirrispettaw, inħobbu, nagħdru, nieħdu paċenzja u naħfru lil xulxin

Is-Sibt, 5 ta’ Mejju 2018: L-Arċisqof jibda l-Viżta Pastorali f’Ħal Safi u jiċċelebra Quddiesa mal-komunità. Continue reading “Ġesù jgħallimna li l-ħbiberija miegħu trid tgħaddi wkoll bil-mod kif nirrispettaw, inħobbu, nagħdru, nieħdu paċenzja u naħfru lil xulxin”

L-Evanġelju tas-Sibt 5 ta’ Mejju 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.phpĠw 15, 12-17
Ġw 15, 18-21

Għal Ġesù la hemm kantunieri u lanqas tidwir mal-lewża; m’hemmx zunnarija mdendla ma’ qasba jew investimenti li jrendu l-imgħax: min jobgħod lili jobgħod lilkom; la m’intomx tad-dinja, id-dinja u min hu tagħha se jarawkom kuxjenza skomda, xewka, żrara ppuntata fiż-żarbun tagħhom, bastun fir-roti tal-aġendi qarrieqa tagħhom. Li kieku ssiru tagħha, u din hi tentazzjoni qawwija, id-dinja tħobbkom; anke dawk li jgħidu li m’humiex tad-dinja iżda fil-fatt, minn taħt, ikunu.
Continue reading “L-Evanġelju tas-Sibt 5 ta’ Mejju 2018”