Archive

Archive for May 8, 2018

“Ir-rużarju huwa port sigur għaliex jagħtina dik is-serenità li aħna qegħdin qrib il-Madonna, li l-Madonna ser tipproteġina” – L-Arċisqof

It-Tlieta, 8 ta’ Mejju 2018: L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’Marsaxlokk f’Jum id-Devozzjoni lill-Madonna tar-Rużarju ta’ Pompej. Read more…

Lectio Divina fis-Solennità tat-Tlugħ  tal-Mulej fis-Sema. Sena “B”

Vanġelu (Mk 16, 15-20): Għal madwar tlett snin, Ġesu, flimkien mad-dixxipli tiegħu, terraq mal-inħawi kollha tal-Palestina. Issa, fl-aħħar ta’ dan il-vjaġġ, minn flok “Tmiem” insibu “Bidu ta’ vjaġġ ieħor.” Il-festa tal-lum m’hijiex it-tluq ta’ Ġesu minn fostna biex imbagħad nerġgħu narawh biss fl-aħħar jum, imma l-passaġġ (hand over) tal-missjoni ta’ Ġesu lid-dixxipli. Ġesu ta bidu għal dinja ġdida u issa se jħalli f’idejhom biex iwettqu dal-proġett bis-sħiħ. Imma kif xi wħud minn dawn id-dixxipli baqgħu jiddubitaw u jwebbsu qalbhom, avolja għamlu l-esperjenza tal-Qawmien? Read more…

Categories: Lectio Divina

Retreat-Workshop: Il-fotografija fit-talb

Retreat-Workshop: Using Photography to Pray:  Is-Sibt, 2 ta’ Ġunju 2018, mid-9.00am sal-5.00pm fid-Dar tal-Irtiri, Mount St Joseph, Mosta. Ara l-poster għal aktar dettalji: Read more…

Categories: Avviżi

Aħna l-adulti x’nistgħu nitgħallmu mit-tfal?

Dan l-aħħar laqagħtni ħafna dak li kienet kitbet il-magħrufa filosfa u edukattriċi Taljana, Maria Montessori: “L-adult għandu jumilja ruħu u jitgħallem mit-tifel biex jikber.” Imma kif aħna l-adulti għandna nitgħallmu mit-tfal? Read more…

Ma niddjalogawx max-xitan għax hu l-akbar giddieb

It-Tlieta 8 ta’ Mejju, 2018. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Qatt m’għandna nersqu qrib ix-xitan u lanqas m’għandna niddjalogaw miegħu: hu tellief imma perikoluż għax isaħħar, jixbaħ kelb irrabjat marbut b’katina li jekk tmellsu jigdmek. Hekk widdeb il-Papa Franġisku llum waqt il-quddiesa fil-kappella tad-Dar Santa Marta.

Read more…

L-Evanġelju tat-Tlieta 8 ta’ Mejju 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 16, 5-11

Id-dieqa tal-qalb li jħoss il-bniedem meta jinifired minn xi ħadd għażiż mhux biss iddewweb il-qalb iżda tinħas sukoll fl-arja. Hemm niket meta jitnissel il-vojt bejn min iħobb u l-persuna l-maħbuba. Din id-dieqa tinħass iktar meta l-persuna l-maħbuba tkun ħabbet ħafna iktar, fiha jiġi nvestit kollox, kull ħsieb, kull imġieba, kull enerġija. L-għaqda bejn min iħobb u jkun maħbub tagħmilhom ħaġa waħda u sħiħa. Hemm mhux biss il-qawwa, iżda hemm l-hena sħiħ. Read more…