Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tat-Tlieta 8 ta’ Mejju 2018

L-Evanġelju tat-Tlieta 8 ta’ Mejju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 16, 5-11

Id-dieqa tal-qalb li jħoss il-bniedem meta jinifired minn xi ħadd għażiż mhux biss iddewweb il-qalb iżda tinħas sukoll fl-arja. Hemm niket meta jitnissel il-vojt bejn min iħobb u l-persuna l-maħbuba. Din id-dieqa tinħass iktar meta l-persuna l-maħbuba tkun ħabbet ħafna iktar, fiha jiġi nvestit kollox, kull ħsieb, kull imġieba, kull enerġija. L-għaqda bejn min iħobb u jkun maħbub tagħmilhom ħaġa waħda u sħiħa. Hemm mhux biss il-qawwa, iżda hemm l-hena sħiħ.

Dan ġralhom id-dixxipli mal-aħbar li Ġesù mhux se jkun iktar magħhom. Jiena sejjer lura għand min bagħatni. Kienu jafu li dan kellu jseħħ, imma donnu kien se jseħħ kmieni wisq.

Iżda Ġesù jagħtihom garanzija li mhux se jħallihom weħidhom. Se jibgħat lid-Difensur, l-Ispirtu s-Santu. Dan il-Paraklitu huwa l-Ispirtu tiegħu u l-Ispirtu jagħti l-ħajja u jgħammar fihom. Mhux biss mhux se jħallihom weħidhom, iżda se jkun jgħix fihom, hu n-nif sli bih jgħixu u ma’ kull nifs li jieħdu u ma’ kull taħbita ta’ qalbhom jidher u jinħass Ġesù stess.

Mhux se nħallikom weħidkom għax l-imħabba għalikom tgħaqqadni dejjem magħkom.

U meta jiġi, bikom se juri lid-dinja kemm hi mqarrqa. Din hi x-xhieda li se tagħtu bih, il-verità ta’ Alla. Id-dinja kapaċi titqarraq u tqarraq u ma temminx f’Alla u f’min bagħat. U f’dan tista’ tidher rebbieħa. Iżda l-prinċep tagħha huwa diġa kkundannat, tellief u mirbuħ.

In-niket tal-firda huwa rejali u ġustifikat, iżda l-qawwa tal-Ipsirtu ta’ Alla hija rejaltà li tiżboq kull niket u kull qtiegħ ta’ qalb, għax tgħeleb kull inklinazzjoni tal-bniedem li jgħereq fin-niket tad-diżappunt u l-illużjoni qarrieqa.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: