Archive

Archive for May 9, 2018

Tlugħ tal-Mulej fis-Sema Sena B

Il-Ħadd, 13 ta’ Mejju 2018: Is-Suddjaknu Dennis Mifsud b’riflessjoni dwar il-Qari tal-Quddiesa tat-Tlugħ tal-Mulej fis-Sema, Sena B.

Jalla nkunu bħal San Ġorġ Preca: ma naqtgħux qalbna u ma nistħux inxandru bir-reqqa l-Kelma tal-Verità – L-Arċisqof

L-Erbgħa, 9 ta’ Mejju 2018: L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġorġ Preca. Read more…

Tlugħ il-Mulej fis-Sema

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Wara li Ġesù qam mill-mewt baqa’ jidher lill-Appostli u lid-dixxipli għal erbgħin jum. Iżda fl-aħħar wasal il-waqt li kellu jħalli d-dinja u “kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla” (Mk 16, 19). Read more…

Categories: Minn Angelo Xuereb

Jalla tikbru u tkunu grati għal tant ġid, għal tant informazzjoni u edukazzjoni li tieħdu f’dan il-post

May 9, 2018 1 comment

L-Erbgħa, 9 ta’ Mejju 2018: L-Arċisqof iċċelebra Quddiesa f’għeluq l-10 snin tal-Kulleġġ San Injazju, Tal-Ħandaq. Read more…

Żewġ kotba fuq Giovanni Falcone u Paolo Borsellino

Xi xhur ilu l-kittieb u ħabib tiegħi mit-tfulija Robert Aloisio kiteb żewġ kotba tabilħaqq interessanti dwar l-Imħallfin Giovanni Falcone u Paolo Borsellino. It-tnejn li huma sfaw maqtula bl-aktar mod brutali mill-mafja. Iż-żewġ kotba jisimhom Falcone u Borsellino żewġ imħallfin li sfidaw il-mafja u Sfidaw lill-mafja u Dizzjunarju tal-mafja. Read more…

Simposju internazzjonali f’Ta’ Pinu dwar Marija “Omm il-Knisja”

L-Erbgħa 9 ta’ Mejju 2018: Imnebbaħ mill-għażla tal-Papa Franġisku li minn din is-sena jiddikjara l-għada ta’ Għid il-Ħamsin bħala Tifkira obbligatorja tal-Verġni Mqaddsa Marija Omm il-Knisja, is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, f’kollaborazzjoni mad-Djoċesi ta’ Għawdex, mal-Fakultà Teoloġika Pontifiċja Marianum ta’ Ruma, u mal-Assoċjazzjoni Marjoloġika Interdixxiplinari Taljana, se jorganizza Simposju Internazzjonali Marjoloġiku-Marjan bit-tema: “Omm tal-Knisja u fi ħdan il-Knisja: Bibbja – Teoloġija – Pastorali”, bejn il-Ġimgħa 1 u s-Sibt 2 ta’ Ġunju 2018. Read more…

Categories: Aħbarijiet

Tlugħ tal-Mulej fis-Sema. Sena “B”

Powerpoint għas-Sebgħa Ħadd tal-Għid – Tlugħ tal-Mulej fis-Sema. Sena “B”. Il-Qari tal-Quddiesa preżentat għat-tfal, studenti u familji. Iftaħ il-powerpoint minn din il-link … Tlugħ tal-Mulej fis-Sema B

Categories: PP tal-Ħadd