Il-Ħamis 10 ta’ Mejju 2018: Fi Press Release mill-Medjugorje Centre Malta publikata llum tħabbar li nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Mejju 2018 se jkun organizzat Jum Nazzjonali ta’ talb u sawm favur il-ħajja u għall-protezjoni tat-tarbija fil-ġuf.
Kull persuna u għaqda flimkien mal-membri tagħhom huma mħeġġin biex jipparteċipaw bil-mod tagħhom f’din l-inizjattiva. L-organizzaturi qed iħeġġu wkoll lill-għaqdiet biex jorganizzaw attività relatata mat-tema f’dan il-jum. Jixtiequ wkoll li fi knejjes u kappelli issir Adorazzjoni Ewkaristika għall din l-intenzjoni.
Għal aktar tagħrif tista’ tkellem lil David Rossi fuq 79902241