Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tal-Ġimgħa 11 ta’ Mejju 2018

L-Evanġelju tal-Ġimgħa 11 ta’ Mejju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 16, 20-23a

Il-ħajja li qed jippropponi Ġesù u b’dak li jwettaq se jġibha fis-seħħ, mhix ħajja aħjar minn dik li d-dixxipli kienu qed jgħixu iżda ħajja kompletament differenti, ħajja ġdida. Ixebbah dak li se jgħaddi minnu u miegħu jgħaddu huma, mal-ħlas, donnu jrid jindika li l-ħajja ta’ issa m’hi xejn ħlief it-tqala ta’ ħajja oħra, tqala li tasal fi tmiemha b’uġiegħ bħal dak tal-ħlas li jintesa malajr hekk kif il-ħajja l-ġdida titwieled u tibda tgħix.

Il-bniedem li jgħaddi mit-tbatija, jistaqsi ħafna affarijiet. Dak li għaddej minnu jħoss li ma jagħmilx sens, kultant jaħseb li hu t-tradiment ta’ Alla li jgħid li jħobb iżda fl-istess ħin iħalli l-bniedem itiegħem it-togħma morra tat-tbatija; waqt li jkun għaddej minnha diffiċli jgħaddilu minn moħħu li għaddej minn żmien ta’ tisfija u maturazzjoni. Iħossu mdejjaq, iktar u iktar meta jara lid-dinja tifraħ u hu mgħaffeġ taħt it-toqol tal-ħajja li teħodha kontra l-kurrent.

Iżda mar-rejaliżżazzjoni tat-twelid, il-ħajja l-ġdida li tħalli l-qabar vojt, xhieda li l-mewt m’għandhiex l-għeluq ta’ kollox, il-bniedem imwieled mill-ġdid, kif Ġesù iktar kmieni kien qal lil Nikodemu, jifraħ u jithenna b’ferħ u hena li ma jitteħdux, għa xma jiddependux minn dak li jgħaddi minnu l-bniedem jew iġgħaluh jgħaddi minnu bnedmin oħra, iżda mill-ħajja ġdida ta’ Alla li jgħammr fih, li jsieħbu miegħu f’dak li ma jintemmx.

Dakinhar il-mistoqsijiet jgħibu, id-dubji jinħallu fix-xejn. Dakinhar l-għarfien isir ir-rejaltà tal-bniedem li xorob ma’ Ġesù il-kalċi tiegħu u sar ħaġa waħda miegħu.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: