L-Evanġelju tas-Sibt 12 ta’ Mejju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 16, 23b-28

Ħafna mit-talbiet tal-Knisja fil-Liturġija jintemmu: B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu – Alla – għal dejjem ta’ dejjem.

F’dan l-għeluq hemm miġbura il-ħajja tal-Knisja wara l-qawmien mill-imwiet. Mhix talba miktuba imma talba li tingħax kull darba li kull min jemmen idawwar ħarstu lejn il-Missier biex jiħdol fil-qalba ta’ qalbu. Ġesù stess iwiegħed li kull ma nitolbu lill-Missier huwa jagħtihulna.

Ma jagħtiniex ċekk vojt, kif kultant irridu li jkun, biex nitolbu kullma jiġi f’moħħna, imma kullma hu meħtieġ biex il-ferħ tagħna jkun sħiħ u biex ikun sħiħ irid ikun veru u etern mhux falz u temporanju. Ġesù diġa qal lid-disspili li hu jrid li l-ferħ tiegħu ikun fina u l-ferħ tagħna jridu jkun sħiħ u għalhekk ma jagħtiniex dak li tagħtina d-dinja imma dak li jagħti hu.

Barra minn hekk Ġesù jgħidilna li l-Missier tant iħobbna, jekk aħna nemmnu f’Ibnu li hu bagħat u nħobbuh, li lanqas għandna bżonn il-medjazzjoni tal-Iben biex naqilgħu id-don tal-ferħ sħiħ; kemm għax bit-twemmin tagħna f’Ibnu u bl-imħabba tagħna lejh sirna wlied adottivi tal-Missier u kemm għax ir-relazzjoni ta’ mħabba tagħna ma’ Alla u tiegħu magħna hija biżżejjed biex tkun medjatriċi beju u bejnna.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.