Archive

Archive for May 14, 2018

Lectio Divina fis-Solennità ta’ Għid il-Ħamsin. Sena “B”

Vanġelu (Ġw15, 26-27; 16, 12-15): Fir-rejalta’ tad-dinja tal-lum liema huma l-forzi li qed imexxu? L-egoiżmu joffri ħafna għażliet lill-bniedem, bħalma jagħmlu l-flus, il-ġid materjali, il-gideb, il-kilba biex tiddomina l-oħrajn, il-qerq, eċċ. Kif nafu tant tajjeb, kull fejn il-bniedem iħalli lil dawn il-forzi jmexxuh, jinħoloq kaos u dulluvju ta’ żbalji li ma jħallux bniedem jgħix tassew uman. Hawn tirrenja l-liġi tal-ġungla, vjolenza feroċi, dnub u mewt. L-enfasi hawn hi fuq il-ħajja materjali u bijoloġika li, kif jaf kulħadd, tiġi fit-tmiem. Imma, ħafna bnedmin oħra jittamaw f’ħajja oħra, dik li ma tintemm qatt. (Ikona Bizantina turi re ħiereġ minn għar mudlam b’xi parċmini tal-Iskritturra f’idejh. Dan ġej biex jillumina d-dinja). Read more…

Categories: Lectio Divina

Biex ma nilgħabiex tal-qaddis u l-qaddisa

Dan l-aħħar, sewwa sew nhar it-Tnejn 9 t’April, Papa Franġisku ippubblika ittra appostolika li titħaddet dwar il-qdusija fid-dinja tallum. It-titlu tekniku Latin tagħha hu Gaudete et Exsultate. U, ala Maltija, tiġi: “Ifirħu u thennew” (Mt 5:12). Read more…

Attwalità ta’ Dun Ġorġ Preca

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Meta persuna tiġi ddikjarata qaddisa jkun ifisser li l-Knisja trid twassal messaġġ partikulari. Għalhekk tajjeb li nistaqsu: Xi jfisser li Dun Ġorġ Preca ġie dikjarat qaddis? Read more…

Categories: Minn Angelo Xuereb

L-Evanġelju tat-Tnejn 14 ta’ Mejju 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 15:9-17

Wara l-festa tat-tlugħ tal-Mulej fis-sema ma setax ikollna silta aħajr illum aħna u niċċelebraw lil San Mattija, l-Appostlu li daħal b’sejħa tal-aqwa siwi; dik li jsodd toqba li nħolqot bin-nuqqas ta’ Ġuda. Ħafna jiddejqu b’din is-sejħa iżda hija l-aqwa vokazzjoni li mingħajrha kulħadd jaħseb għal rasu biex jidher hu. Min isodd it-toqob għalkemm ma jidhirx, isolvi l-problemi li jkun ħoloq ħaddieħor. M’hemmx imħabba aħbar minn din, li wieħed jagħti ħajtu għal dawk li jħobb u ħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien, jiġifieri lil kuħadd u mingħajr limiti u kundizzjonijiet.
Read more…