Inkunu isqfijiet għall-merħla mhux għall-karriera


It-Tlieta 15 ta’ Mejju, 2018. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Illum, fil-kappella tad-Dar Santa Marta, il-Papa għamel riflessjoni dwar is-silta mill-Atti tal-Appostli li fiha Pawlu jsellem lill-anzjani tal-Knisja biex jerġa’ lura lejn Ġerusalemm għax imgiegħel mill-Ispirtu s-Santu. L-Appostlu, osserva l-Papa, hu xhud tal-ubbidjenza lill-Ispirtu s-Santu u tal-imħabba lejn il-merħla. Nitolbu biex l-isqfijiet kollha jkunu hekk.

 

Hu pass qawwi, pass li jmiss il-qalb. Huwa pass li jurina l-mixja tal-isqof fil-waqt li jkollu jinfired mill-merħla.

Is-silta tirrakkuntalna l-waqt li fih Pawlu laqqa’ lill-anzjani, lill-presbiteri tal-Knisja f’Efesu. Jagħmel laqgħa tal-kunsill presbiterjali biex isellmilhom qabel iħallihom u l-ewwel jagħmel speċi ta’ eżami tal-kuxjenza u jqiegħed ħidmietu għall-ġudizzju tal-komunità. Pawlu jidher xi ftit kburi, aktar milli oġġettiv, osserva Franġisku. Jiftaħar b’żewġ affarijiet biss: bid-dnubiet tiegħu u bis-salib ta’ Ġesù li salvah.

Imbagħad jispjega li kien imġiegħel mill-Ispirtu s-Santu biex jerġa’ lura lejn Ġerusalemm. Il-Papa kkummenta li din hi l-esperjenza tal-isqof, l-isqof li jiddixxerni l-Ispirtu, li jaf jiddixxerni l-waqt li fih huwa Ispirtu t’Alla li qed jitkellem, u li jaf jiddefendi ruħu meta, minflok, ikun qed jitkellem l-ispirtu tad-dinja.

Pawlu jaf li b’xi mod hu sejjer lejn it-tbatija, lejn is-salib. Dan ifakkarna fid-daħla ta’ Ġesù f’Ġerusalemm, mhux hekk?, qal il-Papa. Ġesù jidħol biex jitlaq, Pawlu jmur lejn il-passjoni. L-Appostlu joffri ruħu lill-Mulej, ubbidjenti. Dan nisiltuh mill-espressjoni ‘mġiegħel mill-Ispirtu s-Santu’: l-isqof li jibqa’miexi dejjem skont l-Ispirtu s-Santu. Dan hu Pawlu.

Imbagħad Pawlu jsellem għall-aħħar darba u jħalli xi ftit pariri, it-testment tiegħu, li mhux testment mondan. Hu ma jgħidx kif il-ġid li se jħalli se jitqassam u lil min. Imħabbtu lejn Kristu Ġesù hi kbira u t-tieni mħabba tiegħu hi lejn il-merħla: ‘Ishru fuqkom infuskom u fuq il-merħla kollha.’ Kunu isqfijiet għall-merħla, ħarsu l-merħla, timmirawx li titilgħu t-taraġ tal-karriera ekkleżjastika.

Pawlu jafda lill-presbiteri f’idejn Alla għax konvint li Hu se jħarishom u jgħinhom. Imbagħad jerġa’ jitkellem dwar l-esperjenza tiegħu u jgħid li qatt ma ried għalih la deheb u la fidda u lanqas il-libsa ta’ xi ħadd ieħor. It-testment ta’ Pawlu hu xhieda. Huwa wkoll tħabbira u sfida: Jien imxejt dit-triq, issa komplu intom.

Kemm hu bogħod dan it-testment mit-testmenti mondani!, ikkummneta l-Papa Franġisku. Pawlu ma kellu xejn.  Kellu biss il-grazzja t’Alla, il-kuraġġ appostoliku, ir-rivelazzjoni ta’ Ġesù Kristu u s-salvazzjoni li kien tah Ġesù.

Meta naqra dal-pass, kompla jgħid il-Papa, naħseb fija nnifsi għax jien isqof u għad ninfired mill-merħla. Nitlob lill-Mulej li jien inkun nista’ ninqata’ minn mal-merħla b’dal-mod. U mill-eżami tal-kuxjenza mhux se noħroġ rebbieħ bħal Pawlu… Imma l-Mulej hu twajjeb u mimli ħniena… Naħseb fl-isqfijiet, fl-isqfijiet kollha.

Jalla l-Mulej lilna lkoll itina l-grazzja li t-tluq tagħna jkun hekk, b’dal-ispirtu, b’dil-qawwa, b’din l-imħabba lejn Ġesù Kristu, b’dil-fiduċja fl-Ispirtu s-Santu.

 

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

 

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.