6. Katekeżi dwar il-Magħmudija mill-Papa Franġisku. 16 ta’ Mejju 2018.
Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!
Illum qed nagħlqu ċ-ċiklu ta’ katekeżi fuq il-Magħmudija. L-effetti spiritwali ta’ dan is-sagrament, li l-għajnejn ma jarawx imma jaħdmu fil-qalb ta’ min sar ħlejqa ġdida, joħorġu b’mod ċar fl-għoti tal-libsa bajda u tax-xemgħa mixgħula.