Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Ir-ragħaj ma joqgħodx jitlef iż-żmien ifittex li jilħaq

Ir-ragħaj ma joqgħodx jitlef iż-żmien ifittex li jilħaq


It-Ġimgħa 18 ta’ Mejju, 2018. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Dalgħodu, fil-kappella tad-Dar Santa Marta, il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku kkummenta l-pass mill-Vanġelu meħud minn San Ġwann dwar l-aħħar djalogu bejn il-Mulej u Pietru.

 

Ħobb, irgħa u lesti għas-salib, imma fuq kollox taqax fit-tentazzjoni li tipprova tgħaddi lill-oħrajn. Dawn huma l-aspetti tal-kliem ta’ Ġesù: ‘Imxi warajja’ li Hu jgħid lid-dixxipli tiegħu, osserva l-Papa.

Id-djalogu bejn Ġesù u Pietru hu miżgħud bit-tifkiriet: ‘Xmun, bin Ġwanni’, il-waqt li fih bidillu ismu, u mbagħad il-mumenti tal-waqgħat sa meta jidden is-serduk. Mixja mentali li l-Mulej irid jagħmilha magħna lkoll biex niftakru fil-mixja li għamilna miegħu.

Il-Papa silet it-tifsira tat-tliet indikazzjonijiet li l-Mulej qal lil Pietru: ħobbni, irgħa u ħejji ruħek. Qabel xejn, l-imħabba, li hija l-grammatika essenzjali biex inkunu veru dixxipli ta’ Iben Alla; imbagħad ‘irgħa’, ħu ħsieb, ħares, għax il-veru identità tar-ragħaj hi li jirgħa: hija l-identità tal-isqof, tas-saċerdot, li jkun ragħaj.

Ħobbni aktar mill jħobbuni l-oħrajn, ħobbni kif taf, imma ħobbni. Dan jitlob mir-rgħajja l-Mulej, u jitlob dan minna lkoll, qal Franġisku. L-imħabba hi l-ewwel pass tad-djalogu mal-Mulej.

Papa Bergoglio fakkar li d-destin ta’ kull min iħaddan lill-Mulej hu l-martirju, il-ġarr tas-salib u li jittieħed fejn ma jkunx jixtieq. Imma din hi l-boxxla li lir-ragħaj turih id-direzzjoni.

Lesti ruħek għall-provi, ħalli kollox bil-lest biex min jiġi warajk ikun jista’ jagħmel affarijiet differenti. Kun lest għal dan it-tixjin tal-ħajja. U dawn imexxuk lejn it-triq tal-umiljazzjonijiet, forsi lejn it-triq tal-martirju. U dawk li meta kont ragħaj kienu jfaħħruk, issa jmaqdruk, għax dan li ġie warajk jidher aħjar minnek. Lesti ruħek għas-salib meta jeħduk fejn ma tridx tmur. Din hi l-mappa tar-ragħaj, il-boxxla tiegħu.

L-aħħar parti tad-djalogu bejn il-Mulej u Pietru tat l-okkażjoni lill-Papa Franġisku biex jiġbed l-attenzjoni dwar tentazzjoni oħra, tant komuni: ix-xewqa li wieħed jipprova jkun xi ħaġa aktar minn ħaddieħor, li jilħaq. Ir-ragħaj, qal Franġisku, jirgħa, ilesti ruħu għas-salib, ma jippruvax jgħaddi lill-oħrajn, ma jitlifx żmien jipprova jilħaq xi ħaġa aktar fil-ġerarkija tal-Knisja. Ir-ragħaj m’għandux jaqa’ għal din it-tentazzjoni.

 Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

 

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: