L-Evanġelju tal-Ġimgħa 18 ta’ Ġunju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 21, 15-19

Kapitlu 20 jagħlaq b’dan il-kliem: Hemm ħafna sinjali oħra li Ġesù għamel quddiem id-dixxipli tiegħu u li m’humiex imniżżla f’dan il-ktieb. Iżda dawn inkitbu sabiex intom temmnu li Ġesù hu l-Messija l-Iben ta’ Alla, u biex bit-twemmin tagħkom ikollkom il-ħajja f’ismu. Dawn iż-żewġ sentenzi donnhom jagħlqu mhux biss il-kapitlu iżda l-Evanġelju kollu. Ma nkitibx kollox, iżda l-iktar essenzjali, għal dawk jemmnu biex bit-twemmin isalvaw ruħhom.

Jekk f’għajnejn il-Komumità Nisranija tal-ewwel żminijiet kien hemm xi ħadd li kellu jiġi interogat mill-ġdid, anke minħabba li hu u s-suċċessuri tiegħu kienu diġa kisbu awtorità fit-tmexxija tal-Knisja, kien Pietru. Kif seta’ dak li ċaħad li jaf lil Kristu fl-iktar mument fejn kellu bżonnu, mhux biss ikun wieħed minnhom iżda dak li jmexxi lil kulħadd? L-awtur tal-Evanġelju ta’ Ġwanni deherlu li kellu jaqta din il-kwistjoni darba għal dejjem. Biex jagħmel dan, iżid ma’ li kien hemm rakkont ta’ ġrajja li sa dakinhar kienet għada ma daħlitx fl-aħbar it-tajba tiegħu.

Jagħlaq biha u magħalaqx bit-tlugħa tal-Mulej fis-sema. Jagħlaq billi jikkonferma l-preżenza ħajja u kontinwa ta’ Ġesù fil-Knisja tiegħu mmexxija bil-figura tal-Appostlu Pietru. Dak li mhux biss iħobb lill-Mulej, u jħbbu ħafna, iżd ali Ġesù jaf il-kobor u l-qawwa tal-imħabba tiegħu, anke jekk jaf ukoll bid-dgħufija tiegħu. Mulej, inti taf kollox, inti taf li nħobbok. Għal din l-imħabba jiġi afdat bil-kura tal-merħla. Irgħa l-ħrief. Irgħa n-nagħaġ. Irgħa lil dawk li għadhom jibdew il-ħajja; ħu ħsieb dawk li huma diġa maturi.

l-ideja tal-ħrief tmur lil hinn minn dan il-ħsieb. Ġesù nnifsu fil-bidu tal-Evanġelju jiġi pproklamat minn Ġwanni l-Battista bħala l-ħaruf, li fil-Grieg tfisser ukoll iben u qaddej. Il-ħaruf hu marbut mal-vittma innoċenti li tpatti għad-dnubiet u għall-ħtijiet tal-bnedmin. Il-merħla mhix biss imbolu ta’ poplu li jimxi wara r-ragħaj iżda fil-kelma hemm moħbija s-sejħa tal-għotja għall-immħabba.

Il-knisja magħmula minn nagħaġ u l-ħrief hija msejħa bie xtimxi wara r-ragħaj, mhux biss fil-mergħat kollhom ħdura, ħdejn l-ilma biex tistrieħ, imma biex timxi warajh il-Kalvarju u tissallab miegħu f’għotja ta’ mħabba, biex miegħu tqum u ssir Ġerusalem tas-sema. Is-sejħa ta’ kull nisrani maħ ħutu l-Insara hija biex jagħti ħajtu għal dak li jemmen fih, għal dak li jħobb.
Għalhekk meta tkun żgħażugħ titħażżem waħdek u tmur fejn trid. Iżda meta timmatura jħażżmek ħaddieħor u jieħdok fejn ma tkunx trid. Jidher li titlef kollox. Iżda l-maturità fil-fidi li tilħaq il-qofol tagħha bl-Ispirtu s-Santu li jinżel jgħammar fil-bniedem, twasslu mhux biex jitlef iżda biex iċedi b’imħabba, jiddistakka ruħu anke minn ħajtu biex jagħtiha b’don għal dawk li jħobb. Din hi l-kur atal-merħla, tal-ħrief u tan-nagħaġ.

Għalhekk is-sejħa għal kull Nisrani, mill-papa ‘l isfel tibqa dejjem waħda: Ejja warajja.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.