Pellegrinaġġ mid-Djoċesi ta’ Għawdex għar-Redentur tal-Isla

redentur

Ara l-poster … Pellegrinagg Redentur 10062018

Nhar il-Ħadd 10 ta’ Ġunju filgħaxija, id-Djoċesi se torganizza pellegrinaġġ djoċesan għar-Redentur tal-Isla. Il-pellegrinaġġ se jkun immexxi mill-Isqof Mario Grech. Mal-wasla fil-Bażilika u Santwarju ta’ Marija Bambina tal-Isla, Mons. Isqof se jmexxi Pontifikal Solenni fis-6.00pm u wara jmexxi l-purċissjoni bl-istatwa devota tar-Redentur, li lejha l-Għawdxin għandhom devozzjoni speċjali.

Continue reading “Pellegrinaġġ mid-Djoċesi ta’ Għawdex għar-Redentur tal-Isla”

Lectio Divina għas-Solennità tat-Trinità Qaddisa: Sena “B”

Vanġelu (Mt 28, 16-20): Dis-silta tagħlaq l-Evanġelju ta’ S. Mattew, fejn rajna l-ħajja ta’ Ġesù fuq din l-art – it-twelid f’Betlem, it-trobbija f’Nazareth, u l-ħidma f’Kafarnaum u
Ġerusalemm. B’ebda mod m’għandna nqisu dis-silta bħala t-tmiem tal-ħidma ta’ Ġesù fuq din l-art. Pjuttost hija bidu. Ġesù se jidħol fid-dar tal-Missier u jħalli l-Missjoni tiegħu f’idejn l-Appostli. Ordnalhom biex jinġabru fil-Galilija, fuq il-muntanja tal-Beatitudni. Muntanja tal-ġebel imma wkoll waħda li tirrappreżenta l-post fejn il-bnedmin setgħu jaċċettaw u jassimilaw il-ħsibijiet t’Alla. Kien il-post fejn wieħed seta’ jara l-Baħar tal-Galilija u Kafarnaum, fejn Ġesù żvolġa ħafna mill-ministeru Tiegħu. Continue reading “Lectio Divina għas-Solennità tat-Trinità Qaddisa: Sena “B””

Il-Knisja llum tiċċelebra għall-ewwel darba t-tifkira ta’ Marija Omm il-Knisja

It-Tnejn 21 ta’ Mejju 2018: Illum il-Knisja Kattolika qed tiċċelebra għall-ewwel darba t-tifkira ta’ Marija bħala “Omm il-Knisja”.

Kien il-Papa Franġisku li f’Marzu li għadda ddeċieda li din il-festa għandha tiġi mfakkra t-Tnejn li jaħbat l-għada tal-Għid il-Ħamsin.
Continue reading “Il-Knisja llum tiċċelebra għall-ewwel darba t-tifkira ta’ Marija Omm il-Knisja”

Tgħid Frizzi wieħed minnhom?

Dan l-aħħar, f’dawn il-kitbiet li jagħtini l-Ispirtu s-Santu, l-Imgħallem tal-imgħallmin għeni nitħaddet dwar il-qdusija. Naħseb li bqajtu tiftakruha l-kitba bit-titlu: Biex ma nilgħabiex tal-qaddis u l-qaddisa. Issa l-istorja ma waqfitx hawn ħbieb! Għax issa, inkiss inkiss, u ma nafx minn fejn, fettillu jdaħħal imnieħru Fabrizio Frizzi!

Continue reading “Tgħid Frizzi wieħed minnhom?”

L-Evanġelju tat-Tnejn 21 ta’ Mejju 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 19, 25-34

Mat-twelid tal-Knisja bin-nifs ta’ Alla li ta lil dawk li emmnu l-ħajja l-ġdida bil-miġja tal-Ispirtu s-Santu, dik il-ħajja li Nikodemu tant ma setax jifhem, il-Knisja kisbet ukoll Omm li għat-tirni darba rċeviet l-Ispirtu s-Santu, din id-darba mhux weħidha ida mal-bqija ta’ dawk li emmnu f’Ġesù u għarfu li kien ġej minn Alla u li reġa’ mar għand Alla biex jibqa’ għal dejjem magħhom. Continue reading “L-Evanġelju tat-Tnejn 21 ta’ Mejju 2018”