Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Il-Knisja hi mara u omm bħal Marija

Il-Knisja hi mara u omm bħal Marija


It-Tnejn 21 ta’ Mejju, 2018. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Illum, l-ewwel darba li qed issir it-tifkira ta’ Marija Omm il-Knisja, waqt il-quddiesa li ċċelebra fil-kappella tad-Dar Santa Marta l-Papa Franġisku fakkar li l-virtù partikolari tal-omm hi t-tenerezza.

 

Il-Knisja hi femminili, hija omm, u meta dan l-aspett li jagħtiha l-identità jkun nieqes, issir għaqda tal-karità jew tim tal-futbol. Meta l-Knisja ssir maskili, bi swied il-qalb ngħid, qal Franġisku, li ssir Knisja tal-għewieżeb, bla ħila li tħobb, bla possibiltà li tkun għammiela.

Il-Papa għamel dir-riflessjoni waqt il-quddiesa li ċċelebra fil-kappella tad-Dar Santa Marta llum, it-tifkira tal-Beata Verġni Omm il-Knisja.

Fl-omelija Papa Bergoglio nnota li fil-Vanġeli lil Marija nsibuha dejjem deskritta bħala ‘Omm Ġesù’, mhux ‘is-sinjura’ jew ‘l-armla ta’ Ġużeppi’: l-Iskrittura Mqaddsa hi mimlija bil-maternità ta’ Marija mit-tħabbira tal-anġlu sal-aħħar. Din hi ħaġa speċifika li l-Missirijiet tal-Knisja mill-ewwel għarfuha, wirt li bih hi mogħnija l-Knisja, qal Franġisku.

Il-Knisja, żied jgħid il-Qdusija Tiegħu, hi femminili għax ‘knisja’, ‘għarusa’ huma femminili. Hija omm għax tagħti d-dawl, twelled: għarusa u omm. U l-Missirijiet tal-Knisja jmorru aktar lil hinn u jgħidu li: ruħek ukoll hi għarusa ta’ Kristu u omm.

F’dan l-atteġġjament li ġej minn Marija, li hi Omm il-Knisja, nistgħu nifhmu u naraw liema hi d-dimensjoni femminili tal-Knisja. Meta dan l-atteġġjament ikun nieqes, il-Knisja titlef il-veru identità tagħha u ssir għaqda ta’ benefiċenza jew tim tal-futbol.  Issir kollox minbarra Knisja.

Hi biss Knisja femminili li jista’ jkollha atteġġjamenti ta’ fekondità skont il-fehma ta’ Alla li ried li jitwieled minn mara biex jurina din it-triq.

L-aktar ħaġa importanti hi li l-Knisja tkun mara, li jkollha dan l-atteġġjament ta’ għarusa u omm. Meta dan ninsewh issir Knisja maskili, u sfortunatament issir Knisja ta’ għewieżeb li jgħixu f’iżolament, bla ħila li tħobb, bla possibiltà li tkun għammiela. Il-Knisja ma tistax timxi ‘l quddiem jekk ma tkunx mara, għax hija mara. Dan l-atteġġjament jiġiha minn Marija għax Ġesù hekk ried.

Il-virtù l-aktar karatteristiku tal-mara, osserva l-Papa Franġisku, huwa t-tenerezza, bħalma turina Marija li welldet lil Binha, fisqietu fil-faxex u qegħditu fil-maxtura. Il-kwalitajiet l-aktar li jispikkaw fl-ommijiet huma l-kura, il-manswetudni u l-umiltà.

Knisja omm timxi fit-triq tat-tenerezza, issokta jgħid Franġisku. Taf tuża l-lingwaġġ tat-tmellis, tas-skiet, tal-ħarsa mimlija kompassjoni. U anke ruħ, persuna, li tgħix fi ħdan il-Knisja b’dal-mod, li tagħraf li hi omm, timxi fl-istess triq: tkun mansweta, tenera, titbissem, tkun mimlija mħabba.

 

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: