Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tat-Tnejn 21 ta’ Mejju 2018

L-Evanġelju tat-Tnejn 21 ta’ Mejju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 19, 25-34

Mat-twelid tal-Knisja bin-nifs ta’ Alla li ta lil dawk li emmnu l-ħajja l-ġdida bil-miġja tal-Ispirtu s-Santu, dik il-ħajja li Nikodemu tant ma setax jifhem, il-Knisja kisbet ukoll Omm li għat-tirni darba rċeviet l-Ispirtu s-Santu, din id-darba mhux weħidha ida mal-bqija ta’ dawk li emmnu f’Ġesù u għarfu li kien ġej minn Alla u li reġa’ mar għand Alla biex jibqa’ għal dejjem magħhom.

L-ewwel darba li rċevietu kien meta laqgħet ir-rieda ta’ Alla u nisslet lil Ġesù, din id-darba rċevietu u bih tnisslet il-Knisja.

Taħt is-salib ta’ Ġesù hemm ommu, wieqfa, u f’dak il-ħin ta’ emozzjonijiet qawwija li għandhom il-ħila jkissru s-saħħa tal-moħ u l-qalb. Iżda Marija, wieqfa, tissejjaħ għal vokazzjoni oħra, li tkun omm Ġwanni, l-uniku dixxiplu raġel li kien hemm waqt l-agunija u l-mewt ta’ Ġesù. Fih hemm l-oħrjan, il-knisja tara fih ukoll lilha nnifisha, id-dixxipli li emmnu; dawk li jibqgħu hemm sal-aħħar u dawk li minħabba d-dgħufija tagħhom, jibqgħu moħbija jew jirtiraw, ida li dejjem għadhom imsejħin, dejjem jistgħu joħorġu fil-beraħ jew jerġgħu lura.

Marija ssir omm mill-ġdid. It-tbatija ta’ dan il-ħlas ġdid hija msieħba mal-ħlas ta’ binha fuq is-salib li qed jerħi l-aħħar nifsijiet ta’ din il-ħajja biex mill-ġdid jibda jieħu n-nifs tal-ħajja li ma tintemmx, u allura t-twelid mill-ġdid mhux għal din il-ħajja iżda għal dik il-ħajja li ma tintemm qatt, ħajja ma’ Alla li lkoll nistgħu ngħixu minħabba l-qabar vojt ta’ tlitt ijiem wara.

Ġwanni jagħmel emfasi qawwija li Ġesù miet. Jista’ jkun li fi żmienu kien hemm diġa min jgħid li Ġesù ma mietx tassew. L-awtur tal-evanġelju skont Ġwanni jagħtina wisq dettalji biex ma nkunux ċerti li Ġesù tassew miet. Mhux id-dixxipli jikkonfermaw il-fatt, iżda s-suldati, u bie xikunu żgur ċerti, wieħed minnhom nifed il-kustat tal-kadavru ta’ Ġesù b’lanza u minn dik il-ġerħa joħorġu l-aħħar qtar ta’ ħajja, demm u ilma. Ma seta joħroġ xejn iżjed. Il-qabar kien vojt għax min kien indifen fih, u li kien mejjet mija fil-mija, qam u ħareġ minnu.

Marija ġġedded il-maternità tagħha taħt is-salib bi tnissil ġdid, u dakinhar ta’ Għid il-Ħamsin, tiled mill-ġdid dak li tnissel fiha fit-tbatija ta’ binha.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: