Lectio Divina għas-Solennità tat-Trinità Qaddisa: Sena “B”

Vanġelu (Mt 28, 16-20): Dis-silta tagħlaq l-Evanġelju ta’ S. Mattew, fejn rajna l-ħajja ta’ Ġesù fuq din l-art – it-twelid f’Betlem, it-trobbija f’Nazareth, u l-ħidma f’Kafarnaum u
Ġerusalemm. B’ebda mod m’għandna nqisu dis-silta bħala t-tmiem tal-ħidma ta’ Ġesù fuq din l-art. Pjuttost hija bidu. Ġesù se jidħol fid-dar tal-Missier u jħalli l-Missjoni tiegħu f’idejn l-Appostli. Ordnalhom biex jinġabru fil-Galilija, fuq il-muntanja tal-Beatitudni. Muntanja tal-ġebel imma wkoll waħda li tirrappreżenta l-post fejn il-bnedmin setgħu jaċċettaw u jassimilaw il-ħsibijiet t’Alla. Kien il-post fejn wieħed seta’ jara l-Baħar tal-Galilija u Kafarnaum, fejn Ġesù żvolġa ħafna mill-ministeru Tiegħu. Continue reading Lectio Divina għas-Solennità tat-Trinità Qaddisa: Sena “B”