L-Evanġelju tat-Tnejn 21 ta’ Mejju 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 19, 25-34

Mat-twelid tal-Knisja bin-nifs ta’ Alla li ta lil dawk li emmnu l-ħajja l-ġdida bil-miġja tal-Ispirtu s-Santu, dik il-ħajja li Nikodemu tant ma setax jifhem, il-Knisja kisbet ukoll Omm li għat-tirni darba rċeviet l-Ispirtu s-Santu, din id-darba mhux weħidha ida mal-bqija ta’ dawk li emmnu f’Ġesù u għarfu li kien ġej minn Alla u li reġa’ mar għand Alla biex jibqa’ għal dejjem magħhom. Continue reading L-Evanġelju tat-Tnejn 21 ta’ Mejju 2018