Pellegrinaġġ mid-Djoċesi ta’ Għawdex għar-Redentur tal-Isla


redentur

Ara l-poster … Pellegrinagg Redentur 10062018

Nhar il-Ħadd 10 ta’ Ġunju filgħaxija, id-Djoċesi se torganizza pellegrinaġġ djoċesan għar-Redentur tal-Isla. Il-pellegrinaġġ se jkun immexxi mill-Isqof Mario Grech. Mal-wasla fil-Bażilika u Santwarju ta’ Marija Bambina tal-Isla, Mons. Isqof se jmexxi Pontifikal Solenni fis-6.00pm u wara jmexxi l-purċissjoni bl-istatwa devota tar-Redentur, li lejha l-Għawdxin għandhom devozzjoni speċjali.

Għal din l-okkazjoni, fuq talba tal-Arċipriet il-Kanonku Robin Camilleri, qed nistiednu:

  1. Lis-Saċerdoti biex jikkonċelebraw (ġibu magħhom alba u stola ħamra)
  2. Lill-Abbatini biex jilbsu (bl-abiti propji tagħhom)
  3. Lill-Fratelli (bil-konfratija u mozzetta) biex imbagħad jakkumpanjaw il-purċissjoni.
  4. Lill-Insara kollha li jixtiequ jiġu.

Biex norganizzaw it-trasport miċ-Ċirkewwa għall-Isla, għandna bżonn inkunu nafu kemm ġejjin minn kull parroċċa-knisja sa MHUX AKTAR TARD  MIT-TNEJN 4 TA’ GUNJU.

Se nitilqu mal-vapur tat-3.00pm biex naslu komdi fil-ħin u jkun hemm ċans, għal dawk li jixtiequ, li jinvistaw ir-Redentur. Niġu lura probabilment mal-vapur tal-11.05pm.

Jintalab ħlas ta’ €4 għat-trasport f’Malta, li ma jinkludix il-biljett tal-vapur u lanqas it-trasport f’Għawdex.

 

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.