Konċistorju għall-ħatra ta’ Kardinali ġodda


Concistorio.jpgIt-Tlieta 22 ta’ Mejju 2018: Wara li temm it-talba tar-Regina Coeli nhar il-Ħadd f’nofsinhar, il-Papa Franġisku ħabbar li fid-29 ta’ Ġunju li ġej se jaħtar 14-il Kardinal ġdid, bħala sinjal tal-universalità tal-Knisja li tkompli tħabbar l-imħabba mimlija ħniena ta’ Alla lill-bnedmin kollha tad-dinja.

Il-fatt li l-Kardinali huma magħqudin ħaġa waħda mad-djoċesi ta’ Ruma, jifsser, qal Franġisku, li hemm rabta li ma tinħallx bejn is-Sede ta’ Pietru u l-Knejjes partikolari mxerrdin mad-dinja.

Il-Kardinali l-ġodda se jkunu:

Il-Beatitudni Tiegħu Raphaël I Sako, Patrijarka tal-Babilonja tal-Kaldej
Mons Luis Ladaria, Prefett tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi;
Mons. Angelo De Donatis, Vigarju Ġenerali ta’ Ruma;
Mons. Giovanni Angelo Becciu, sostitut għall-Affarijiet Barranin fis-Segreterija tal-Istat u delegat speċjali tal-Ordni Militari tal-Kavallieri ta’ Malta
Mons. Konrad Krajewski, Elemożinier Appostoliku;
Mons. Joseph Coutts, Arċisqof ta’ Karachi;
Mons. Antonio dos Santos Martos, Isqof ta’ Leiria-Fátima;
Mons. Pedro Barreto, Arċisqof ta’ Huancayo;
Mons. Desiré Tsarahazana, Arċisqof ta’ Toamasina;
Mons. Giuseppe Petrocchi, Arċisqof ta’ L’Aquila;
Mons. Tomas Aquinas Manyo Maeda, Arċisqof ta’ Osaka.

U flimkien magħhom se jingħadu mal-Kulleġġ tal-Kardinali, arċisqof, isqof u reliġjuż li ddistingwew ruħhom fil-qadi tal-Knisja:

Mons. Sergio Obeso Rivera, arċisqof emeritu ta’ Jalapa;
Mons. Toribio Porco Ticona, prelat emeritu ta’ Coro Coro;
Ir-reverendu Padre Aquilino Bocos Merino, kalretan.

Il-Papa talabna nitolbu għalihom sabiex filwaqt li jikkonfermaw l-għaqda tagħhom ma’ Kristu, is-Saċerdot il-Kbir mimli ħniena u fidil, ikunu ta’ għajnuna għall-Qdusija Tiegħu fil-ministeru ta’ isqof ta’ Ruma għall-ġid tal-poplu qaddis u fidil kollu, ta’ Alla.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.