NIPPROTEĠU L-ĦAJJA MILL-BIDU NETT TAGĦHA SAT-TMIEM

Print Friendly, PDF & Email

Jum ta’ Talb u Sawm il-Ġimgħa, 25 ta’ Mejju 2018

Il-Poplu tal-Gżejjer tagħna minn dejjem kien u għadu favur il-ħajja mill-bidu nett sat-tmiem naturali.

Waqt li l-Membri Parlamentari tagħna qed jiddiskutu l-hekk imsejjaħ ‘Att li jipproteġi l-Embrijuni’, inħossu li, f’din iċ-ċirkustanza, jeħtieġ li nirriflettu aktar flimkien bħal aħwa Maltin, iżda fuq kollox irridu nitolbu l-għajnuna ta’ Alla sabiex idawwal il-qlub u l-imħuħ ta’ kull min hu responsabbli għal dan l-Att.

Għaldaqstant, nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Mejju, ser jiġi organizzat Jum ta’ Talb u Sawm skont din l-intenzjoni.

Inħeġġu lil dawk kollha ta’ rieda tajba, biex f’dan il-Jum jieħdu sehem bil-mod tagħhom biex il-Membri Parlamentari jsibu soluzzjoni ġusta u li tirrispetta l-ħajja u d-dinjità tal-Embrijuni. Il-valur ewlieni tal-bniedem hija d-dinjità tiegħu.

L-Aid to the Church in Need (Malta) qed torganizza Siegħa Adorazzjoni skont din l-intenzjoni. Din ser issir nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Mejju 2018 fil-Knisja tal-Bon Pastur, Ħal Balzan, bejn it-3.30pm u l-4.30pm.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Leave a Reply