Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tal-Ħamis 24 ta’ Mejju 2018

L-Evanġelju tal-Ħamis 24 ta’ Mejju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 9, 41-50

Tazza ilma lil min jemmen għax jemmen ma tibqax mingħaj ril-ħlas tagħha u Ġesù ma jgħidx dak il-ħlas x’inhu.

Iżdal-ħlas lil min ifixkel lil xi ħadd milli jgħix il-fidi skont il-valuri mwasslin minn Ġesù, huwa iebes u kiefer. Mhux biss ħaqqu l-mewt iżda lanqas biss għandu jibqa’ jidher fuq wiċċ l-art; postu hu qiegħ il-baħar. Fit-Testment il-Ġdid, il-baħar huwa d-dagħbien bla tarf mhux magħruf li fih jinħeba l-ħażen tant li l-awtur tal-Apokalissi, meta jitkellem fuq sema ġdid u art ġdida, jgħid li ma jkunx hemm iżjed baħar, sewwa sew għax ħażen ma jkunx hemm iktar. M’hemmx kantunieri u m’hemmx skużi.

Il-qerq huwa jwassal għall-iskandlu huwa l-prerogattiva tal-Ħażin li bil-gideb tiegħu għandu l-ħila jfixkel anke l-iktar kuxjenza fina. Il-gidba tiegħu twassal biex min jagħmel il-ħażin ikun konvint li qe djagħmel it-tajjeb; min joqtol ikollu l-ħila jemmen li qed jagħti l-ħajja; min jobgħod jasal biex jemmen li qed jobgħod għax iħobb. Il-qerq huwa l-illużjoni tal-ksib tal-milja ta’ kollox billi jniżżel fil-eqqel qiegħ tal-ħama. U mhux biss il-Ħażin li jqarraq. Biex jieħu post Alla il-bniedem ukoll kapaċi jivvinta kull qerq u jidħaq hu u jiftaħar bil-qerq li vvinta. Il-qarrieq jistħoqqlu jissieħeb ma’ min hu bħalu u ma’ Missier il-Gidba fil-qiegħ tal-baħar, għax wara li jisraq il-libertà gaħħ-imħabba, isieħeb miegħu lil min jaħdem id f’id miegħu.

Mela ibżgħu għal xulxin. Ħudu ħsieb xulxin. Ikkultivaw it-tajjeb li hemm f’xulxin u ifirħu bih biex tingħele id-dgħufija bil-qawwa ta’ kulħadd u l-qarrieq li jattakka billi jfixkel jsib quddiemu s-sur tal-imħabba li tgħaqqad.

Ibżgħu ukoll għalikom infuskom. Jekk tħares lilek innifsek tqkun qed issalva lilek innifsek, anke jekk tiċċaħħad minn xi ġarti jew oħra ta’ ħajtek. Mal-qarrieq ma tiddiskutix, mal-gidba ma tirraġunax. Dak li jxekklek u jfixklek eħles minnu. Għandna bżonn kollox biex ngħixu iżda mhux kollox hu essenzjali għall-ksib tal-ħajja ta’ dejjem. Nista’ nxejjer idejja t-tnejn bil-ferħ tal-ksib ta’ dak li mhux tiegħi, imma malajr jinżlu meta nagħaraf li dak li ksibt mhux jiswieli biex nikseb l-hena veru. Ibża’ għalik innifsek.

X’jagħmel il-melħ? Jagħti togħma tajba u, minkejja l-iżvilupp kbir li seħħ, għadu sallum jintuża biex jippreserva, jagħti ħajja itwal lil ċertu ikel. Iżda fl-imgħoddi l-melħ kien jintuża wkoll biex iwaqqaf id-dekompożizzjoni tal-kadavri, u kien ukoll jingħata bħala ħlas, minħabba l-valur kbir tiegħu; minnu ġejja l-kelma salarju minn salis bil-latin.

Iżda jekk il-melħ jaqta’, jitlef it-togħma u l-ħiliet tiegħu, jista’ xi ħadd jgħidli kif jista’ jerġa’ jiksibhom, jistaqsi Ġesù. F’kull bniedem hemm il-ħajja li ġejja minn Alla u magħha hemm it-tajjeb li għandu Alla. dan hu teżor li jiswa, jippreserva u jagħti togħma mill-aqwa lill-ħajja tal-bnedmin. Iżda malli l-bniedem jaqbad it-triq tan-niżla se jsibha diffiċli ħafna jerġa jibda tiela ’l fuq; il-ħama tiġbed ’l isfel u meta l-bniedem jagħaraf, jekk jasal li jagħmel dan, li nieżel, se jsibha diffiċli jegħleb il-piż tar-rankantura.

Mela tissugrax!

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: