M.A. fil-Ministeru tal-Familja


Il-Fakultà tat-Teoloġija ġewwa l-Università ta’ Malta qed tilqa’ applikazzjonijiet għall-M.A. in FAMILY MINISTRY li se jiftaħf’Ottubru li ġej.  (ara aktar dettalji)

 
family ministry (2).jpgPreżentazzjoni
Il-Master of Arts in Family Ministry jiftaħ kull tliet snin u hu ddisinjat biex jipprepara leaders professjonali fil-qasam taż-żwieg u l-familja.
 
Hu offrut fuq bażi part-time u mqassam fuq tliet snin, bl-ewwel sentejn iddedikati għal lectures (isiru fi ġranet partikulari filghaxija), u t-tielet sena ddedikata kollha għar-riċerka u l-kitba tad-dissertation.
 
L-għan tal-kors hu li jgħin lill-kandidati: 
(i) janalizzaw aspetti differenti tal-ħajja taż-żwieġ u l-familja fid-dinja tal-lum; 
(ii) jirriflettu b’mod professjonali u teoloġiku dwar il-ħidma f’dan il-qasam; 
(iii) jqabblu u jevalwaw mudelli differenti ta’ pastorali tal-familja; u 
(iv) jirċievu l-iskills biex jiżviluppaw u japplikaw dawn il-mudelli ta’ ministeru fil-kuntest lokali.
 
Programm
Il-kors jinkludi dawn l-istudy-units (fl-ewwel sentejn):
– Contemporary Family Issues for Family Ministers
– Matrimonial Law: Canonical, Maltese, European
– Foundations of Pastoral Theology and Ministry
– Pastoral Counselling and Spiritual Companionship
– Theology of Marriage and the Family
– Spirituality of the Family
– Christian Perspectives on the Human Person
– Pastoral Supervision
– Family Ministry: Case Studies
 
Refund / Scholarships
L-Università għadha kif applikat biex dan il-kors jidħol fil-Get Qualified Scheme. Permezz ta’ din l-iskema, studenti li jlestu l-kors ikunu eliġibli għal sa 70% ta’ refund tal-ħlasijiet f’tax credit.
 
Fil-ġimgħat li ġejjin, il-Fondazzjoni ghall-Istudji Teoloġiċi se toħroġ ukoll calls for application għal numru ta’ scholarships f’dan il-qasam.
 
Għal min hu rakkomandat
Il-kors hu rakkomandat ghal:
– dawk il-persuni interessati jew diġa’ midħla tal-pastorali tal-familja; 
– dawk involut f’servizzi ta’ preparazzjoni għaż-żwieġ, akkumpanjament, medjazzjoni, counselling, jew terapija tal-familja; 
– social workers, psikologi, avukati u persuni professjonali oħra li jaħdmu f’dawn l-oqsma. 
 
Info / Kuntatti
Għal aktar informazzjoni, idħol www.um.edu.mt/theology/prospective
 
Tista’ wkoll tikkuntattja lill-koordinatur tal-kors fuq kevin.m.schembri@um.edu.mt jew lill-Fakultà tat-Teoloġija fuq theology@um.edu.mt u 2340 2767.
family ministry (2)

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.