Gaudete et Exsultate (Ifirħu u Thennew) issa bil-Malti

L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jagħmel preżentazzjoni u jniedi l‑verżjoni bil‑Malti tal‑Eżortazzjoni Appostolika l‑ġdida tal‑Papa Franġisku Gaudete et Exsultate (Ifirħu u Thennew). Il‑preżentazzjoni ser issir nhar il‑Ħamis, 31 ta’ Mejju 2018, fis‑7pm, fil‑bitħa ċentrali tas‑Seminarju tal‑Arċisqof, tal‑Virtù, ir-Rabat. Fi tmiem il‑preżentazzjoni l‑Arċisqof ser imexxi mument ta’ talb. Il‑pubbliku huwa mistieden jattendi. Continue reading Gaudete et Exsultate (Ifirħu u Thennew) issa bil-Malti