Tama tan-Nunzju Ġdid tal-Korea

In-Nuncio Appostoliku l-ġdid fil-Korea t’Isfel u l-Mongolja, Arċisqof Alfred Xuereb, ta’ 59 sena, jittama li jtejjeb ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ Koreji u ’l-prospett ta’ rikonċiljazzjoni. Il-Korea ta’ Fuq u l-Korea t’Isfel għadhom teknikament fi gwerra peress li l-Gwerra tal-Korea bejn l-1950 u 1953 spiċċat f’armistizju, u trattat ta’ paċi baqa’ ma sarx.
Continue reading “Tama tan-Nunzju Ġdid tal-Korea”

“Jalla ssibu ħbieb li jgħinukom tkunu qaddisin” – L-Arċisqof lill-adolexxenti tal-Qawra

Il-Ħadd, 26 ta’ Mejju 2018: L-Arċisqof amministra s-Sagrament tal-Griżma lill-adolexxenti tal-Qawra. Continue reading ““Jalla ssibu ħbieb li jgħinukom tkunu qaddisin” – L-Arċisqof lill-adolexxenti tal-Qawra”

L-Istati Uniti talbu lill-WHO biex twaqqaf kull ħidma favur l-abort.

ĠINEVRA, 25 ta’ Mejju (C-Fam) L-Istati Uniti talbu lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), din il-ġimgħa, sabiex twaqqaf kull ħidma min-naħa tagħha favur l-abort. F’żewġ stqarrijiet jitkellmu ċar, id-delegazzjoni tal-Istati Uniti sostniet li l-burokrazija fil-WHO għandha tirrispetta l-kunsens internazzjonali milħuq dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva, u li l-abort mhuwiex dritt tal-bniedem. Continue reading “L-Istati Uniti talbu lill-WHO biex twaqqaf kull ħidma favur l-abort.”

L-Evanġelju tas-Sibt 26 ta’ Mejju 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 10, 13-16

Kieku din il-ġrajja seħħet illum, għandu l-ħila jkun hemm min jakkuża lil dawn l-ommijiet li ħadu lil uliedhom għand Ġesù biex iberikhom bi ksur tad-drittijiet tat-tfal li jagħżlu jekk jitberkux minn Ġesù jew le. Donnu l-ommijiet ma jafux x’inhu l-aħjar għal uliedhom. Għalkemm għal kull regola hemm l-eċċezzjoni, l-eċċezzjoni ma tagħmilx regola, għax jekk xi ħadd jgħid li l-eċċezzjoni ssir ir-regola mela r-regoli m’għandhomx jeżistu għax l-eċċezzjonijiet jistgħu ikunu differenti daqs kemm huma differenti l-bnedmin kollha u daqskemm huma differenti r-relazzjonijiet bejniethom.
Continue reading “L-Evanġelju tas-Sibt 26 ta’ Mejju 2018”