“Il-libsa sabiħa ta’ barra hija bħall-qalb sabiħa ta’ ġewwa” – L-Arċisqof lit-tfal tas-Siġġiewi li rċevew l-Ewwel Tqarbina

Il-Ħadd, 27 ta’ Mejju 2018: Quddiesa fil-bidu tal-Viżta Pastorali tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-parroċċa tas-Siġġiewi. Continue reading “Il-libsa sabiħa ta’ barra hija bħall-qalb sabiħa ta’ ġewwa” – L-Arċisqof lit-tfal tas-Siġġiewi li rċevew l-Ewwel Tqarbina

L-Evanġelju tal-Ħadd 27 ta’ Mejju 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 28, 16-20

Jiena magħkom dejjem, sal-aħħar taż-żmien. Mhix sempliċiment konsolazzjoni biex ma nħossuniex weħidna.

Kultant għandna t-tendenza li lil Alla nsejħulu biss meta ma jirnexxilniex nagħmlu dak li jrid Hu għax il-kurrenti kontra tagħna nħossuhom mewġ għoli, tsunami li jkissrilna l-isforzi kollh ali nkunu għamilna. Dak il-ħin inħossu li kull ma għamilna sarilna żuf, allura nsejħu l-preżenza ta’ Alla, bħal min jibża’ mil-fond u jaqbdu paniku meta ma jħossx il-qiegħ taħt saqajh huwa u jgħum u jitwerwer; irid bilfors iħoss il-qiegħ. Iżda l-preżenza ta’ Alla mhix il-qiegħ taħt saqajna, iżda l-ilma li ngħumu fih.
Continue reading L-Evanġelju tal-Ħadd 27 ta’ Mejju 2018